Il-festa ta’ San Pawl Nawfragu ċċelebrata mill-Maltin f’Ruma

Print Friendly, PDF & Email

L-Ambaxxata ta’ Malta f’Ruma, l-Italja, stiednet lill-komunità ta’ Maltin u Għawdxin f’Ruma biex jiċċelebraw is-solennità tan-Nawfraġju tal-Appostlu Missierna San Pawl nhar il-Ġimgħa, 11 ta’ Frar 2022.

Il-quddiesa, immexxija minn Mons. Maximilian Grech, saret fil-Knisja ta’ Santa Marija in Traspontina. Għaliha attendew l-Ambaxxatur ta’ Malta, is-Sur Carmel Vassallo u s-sinjura tiegħu flimkien mal-ħaddiema tal-Ambaxxata, kif ukoll numru mdaqqas ta’ Maltin, barranin, u saċerdoti u reliġjużi li bħalissa qegħdin joffru s-servizzi tagħhom lill-parroċċi ta’ Ruma u l-Vatikan.

Fl-omelija tiegħu Mons. Grech qal li r-rakkont tan-Nawfraġju ta’ San Pawl jurina ħafna dettalji interessanti; iżda San Luqa ried jgħidilna li permezz tad-deskrizzjoni tal-vjaġġ, aħna nifhmu t-tifsira tiegħu għalina. Aħna wkoll ninsabu f’tempesta li fiha insibu quddiemna dak stess li ġara fuq il-ġifen: San Pawl qam f’nofs dawk in-nies kollha u kellimhom bil-kliem tal-Evanġelju, ħeġġiġhom jibqgħu magħqudin u ċċelebralhom ‘l-Ewkaristija’ li tathom qawwa, flimkien mal-ikel li qalilhom biex jieklu, sakemm waslu fuq l-art ta’ Malta. Hawnhekk sabu in-nies tal-gżira li laqgħuhom bi mħabba kbira.

Sors: www.knisja.mt

Ritratti: www.knisja.mt/ritratti

Leave a Reply

%d bloggers like this: