Ġwanni Pawlu II fil-Parroċċa tal-Qalb ta’ Marija, Ruma

Print Friendly, PDF & Email

VISTA PASTORALI LILL-PARROĊĊA TAL-
QALB IMMAKULATA TA’ MARIJA
OMELIJA TA’ ĠWANNI PAWLU II
Ruma, 13 ta’ Diċembru 1981

1.Ruħi tfaħħar il-kobor tal-Mulej / u l-Ispirtu tiegħi jifraħ f’Alla, Salvatur tiegħi / għax Hu xeħet għajnejh fuq iċ-ċokon tal-qaddejja tiegħu. Iva minn issa ‘l quddiem kull nisel isejjaħli ħienja. / Għax is-Setgħani għamel miegħi ħwejjeġ kbar / Qaddis hu l-isem tiegħu…” (Lq 1,46-49).

Għeżież ħuti!

Ippermettu li, fl-okksażjoni tal-vista lill-parroċċa tagħkom, iddedikata lill-Qalb Immakulata ta’ Marija, jien nagħmel riferenza għal dan il-kliem tal-Ġenitriċi ta’ Alla, li l-liturġija tallum aċċettat bħala salm responsorjali.

Is-sollennità tal-Immakulata Konċezzjoni għadha kemm għaddiet, billi tnissel is-sinjal beatu tagħha fuq il-perjodu kollu tal-Avvent. Għalhekk illum – kważi bħala titwil ta’ din il-festa – ingħatali li nżur il-parroċċa ddedikata lill-Qalb Immakulata ta Marija, biex inkun nistà nippronunzja, flimkien mal-Komunità, il-kliem tal-adorazzjoni ta’ Alla, li setà joħroġ biss mill-qalb tal-“Mimlija bil-Grazzja” u biss fil-qalb tal-“Mimlija bil-Grazzja setà jidwi b’eku tant profond, kif kien jitlob is-sinifikat tiegħu.

“Ħwejjeġ kbar wettaq fiha l-Omnmipotenti” tgħid Dik, li fl-Annunzjazzjoni sejħet lilha ngfisha “qaddejja” u fil-Magnificat esprimiet ruħha b’mod simili: “Huwa ra l-umiltà tal-qaddejja tiegħu”.

Oh, kemm inħobbu lil din il-qaddejja tal-Mulej! Kemm nafdaw b’mod profond Lilha kollox u lil kulħadd, lill-Knisja, lid-dinja! Kemm tgħidilna din l-“umiltà” tagħha! Hija tikkostitwixxi kważi l-ispazju adegwat għaliex Fiha jistà jirrivela ruħu Alla. Sabiex ikun jistà Minnha jitwieled Alla. Sabiex ikun jistà Għaliha, “minn ġenerazzjoni għal ġenerazzjoni” jopera Alla.

Il-kliem ta’ Marija huwa tassew mimli b’Avvent! Huwa diffiċli “tħoss” aħjar il-viċinanza ta’ Alla jekk ma nisimgħux dan il-kliem!

2. Nixtieq nesprimi l-ferħ tiegħi għaliex fost dawn il-“ġenerazzjonijiet”. Li dwarhom il-Ġenitriċi ta’ Alla tiddikjara li se “jsejħulha ħienja”, issib ruħha l-parroċċa tagħkom mill-istess bidu tal-eżistenza tagħha, li jmur lura għas-sena 1936.

Nixtieq f’din iċ-ċirkustanza nwassal it-tislima tiegħi lill-Kardinal Vigarju, lill-Isqof Awziljarju taż-żona. Monsinjur Alessandro Plotti, lir-Reverendu P. Gustavo Alonso, Superjur Ġenerali tal-Midssjunarji Ulied il-Qalb Immakulata ta’ Marija jew Clarettiani, u lill-Membri tal-Kunsill Ġenerali; lill-kappillan, P. Tullio Vinci, lill-viċi-parroku, P. Renato Logar, lir-reliġjużi żelanti kollha li jagħtu l-kontribut tagħhom tat-talb, tas-sagrifiċċji u tad-dedikazzjoni għall-opri pastorali tal-parroċċa.

Tislima wkoll lir-reliġjużi nisa, li joperaw fl-isfera tal-parroċċa: is-Sorijiet Qaddejja ta’ Marija tal-Kongregazzjoni ta’ Pistoia; is-Sorijiet tal-Karità ta’ Sant’Antida Thouret; is-Sorijiet tal-Karità Tal-prinċep Palagonìa; il-Missjunarji Riparatriċi tal-Qalb Imqaddsa.

Tislima lill-Assoċjazzjonijiet maskili u femminili, lill-Kunsill pastorali, lill-missirijiet, lill-ommijiet, liż-żgħażagħ, lit-tfajliet, lit-tfal, lill-anzjani, lill-morda; lill-ħdax-il elf fidil tal-komunità parrokkjali.  It-tislima kordjali u ta’mħabba tiegħi!

3. L-Avvent ikellimna fil-liturġija tallum bil-kliem tal-Magnificat marjan. Jitkellem ukoll permezz ta’ figura oħra li kontinwament issib ruħha fil-liturġija tal-Avvent. Din hija Ġwanni, bin Zakkarija u Eliżabetta, li jippriedka fl-inħawi tal-Ġordan.

Hawn hi x-xhieda ta’ Ġwanni. Qabel xejn tiegħu nnifsu! “Inti Elija? – Le miniex! Inti l-profeta? Le! Min inti? – Jiena leħen ta’ wieħed li jgħajjat fid-deżert”.

Ġwanni huwa leħen. Qal b’mod meraviljuż Santu Wistin: “Ġwanni huwa l-leħen. Dwar il-Mulej (Ġesù) minflok jgħidilna: “Fil bidu kienet il-Kelma”. Ġwanni huwa l-leħen; li jgħaddi, Kristu huwa l-Kelma eterna li kienet fil-bidu. Jekk il-leħen tneħħilu l-kelma, x’jibqà? Fejn mhemmx sens li jiftiehem, dak li jibqà huwa sempliċement ħoss vag. “Il-leħen mingħajr il-kelma jaffettwa s-smigħ, imma ma jedifikax il-qalb…”” (S. Wistin  Sermo 293,3: PL 38,1328).

Mela Ġwanni la huwa l-Messija, linqas Elija, linqas profeta. U bdanakollu jippriedka u jgħammed. “Għalfejn mela jgħammed?” jistaqsu l-mibgħuta minn Ġerusalem. Din kienet l-kawża ewlenija tal-inkwiet tagħhom. Ġwanni kien jippriedka waqt li jtenni l-kliem ta’ Iżaija:  “Ħejju t-triq tal-Mulej”, u l-masgħmudija li kienu jirċievu s-semmiegħa tiegħu kienet is-sinjal li l-kliem kien qiegħed jaslilhom, u kien qiegħed iqanqal il-konverżjoni; għalhekk il-mibgħuta minn Ġerusalem staqsew: “Għaliex tgħammed?” (Ġw 1,25).

Ġwanni jwieġeb: “Jiena ngħammed bl-ilma, imma f’nofskom hemm wieħed li inrom ma tafux, wieħed li se jiġi warajja, li lilu jiena ma jixraqlix li nħollu l-qfieli tal-qorq” (Ġw 1,26s).

Ġwanni huwa prekursur: jaf li Dak, li kienu qegħdin jidstennew, jiġi “warajh”.

Ġwanni huwa ħabbar ta’ Avvent. Huwa jgħid: “Dak li intom ma tafuhx jinsab f’nofskom”.

L-Avvent mhuwiex biss stennija. Huwa tħabbir tal-Miġja. Ġwanni jgħid: “Dak li għandu jiġi diġa ġie”.

Il-kliem ta’ Ġwanni fl-inħawi tal-Ġordan huwa mimli Avvent; bħalma darba kien il-kliem ta’ Marija fuq l-għatba tad-dar ta’ Żakkarija, meta marret iżżur lil Eliżabetta, qaribtha, omm Ġwanni.

Kliem Ġwanni huwa mimli Avvent, ukoll jekk jidwi madwar tletin sena iktar tard. Il-liturġija tgħaqqad l-Avvent, espress bi kliem Marija, mal-Avvent tal-kliem ta’ Ġwanni. Il-miġja tal-Messija, li se jitwieled fil-lejl ta’ Betlem minn ġuf il-Verġni, u l-miġja tiegħu, fil-qawwa tal-Ispirtu Santu, fl-inħawi tal-Ġordan, fejn Ġwanni kien jippriedka u jgħammed

4. L-avvent ta’ Ġwanni juri ruħu b’atteġġjament singolari. Huwa jgħid: jien ma jixraqlix inħoll il-qfieli tal-qorq lil Dak li jiġi warajja (cf. Ġw 1,27).

Dan huwa dmir ferm important. Infatti l-Avvent ifisser atteġġjament. Jesprimi ruħu permezz ta’ atteġġjament.

Ġwanni fl-inħawi tal-Ġordan, jiddefinixxi dan l-atteġġjament bil-kliem ikkwotat. Permezz ta’ dan il-kliem naraw x’jgħid fuqu stess, min iħossu li hu quddiem Dak li huwa kien qiegħed iħabbar bil-quddiem.

Jaf li l-qfieli tal-qorq kienu jinħallu mill-qaddej lil sidu. U Ġwanni jgħid: “Miniex denn li nħoll il-qfieli tal-qorq tiegħu”. Miniex denn! Huwa jħossu iżgħar minn qaddej.

Dan huwa l-atteġġjament tal-Avvent. Il-Knisja taċċettah kollu kemm hu u ttenni dejjem b’xuftejn is-saċerdoti kollha u l-fidili kollha tagħha: “Mulej, jien miniex denn…”.

U tippronunzja dan il-kliem dejjem quddiem il-miġja tal-Mulej, quddiem l-avvent ewkaristiku ta’ Kristu: “Mulej, jien miniex denja”. Il-Mulej jiġi propju lejn dawk li jħossu b’mod profond l-indinjità tagħhom u juruha.

Kliemna, meta nbaxxu rasna u qalbna quddiem t-Tqarbin Imqaddes, huwa mimli Avvent. Ejjew nitgħallmu dejjem mill-ġdid dan l-atteġġjament.

5. Dak li llum naqraw fil-liturġija mill-ewwel ittra ta’ San Pawl lit-Tessalonkin, jispjegalna b’mod iktar wiesà liema għandu jkun f’kull wieħed u waħda minna dak l-atteġġjament ta’ Avvent, li fih titwettaq il-Miġja, l-Avvent ta’ Alla.

L-Appostlu jikteb:
“Kunu dejjem kuntenti, itolbu bla ma taqtgħu, / iżżu ħajr f’kull ħaġa… / Titfux l-Ispirtu, la tiddisprezzawx il-profeziji; / eżaminaw kull ħaġa, żommu dak li huwa tajjeb. / Astjenu minn kull speċi ta’ ħażen” (1Ts 5,16-22).

Huma dawn, biex ngħidu hekk, l-elementi li jiffurmaw l-atteġġjament intern, li permezz tiegħu l-Avvent idum f’qalbna. Bħalma smajna, dan huwa magħmul bil-ferħ u bit-talb kostanti. Il-wieħed u l-ieħor huma marbutin mal-isforz biex nevitaw kull speċi ta’ ħażen. Fl-istess ħin, dan l-atteġġjament intern juri ruħu bħala ftuħ għal kull verità tal-profezija kemm ta’ dik li tiġi minn Alla, u dan jitwettaq permezz tar-rivelazzjoni u tal-fidi, kif ukoll ta’ dik li tiġi permezz tar-riċerka tal-onesta min-naħa tal-bniedem. Atteġġjament li jesprimi ruħu fid-dispożizzjoni biex jagħmel dak kollu li huwa tajjeb, nobbli. Waqt li jippersevera f’tali dispożizzjoni, il-bniedem  jippermetti lill-Ispirtu Santu li jopera fih u ma jippermettix li jintefa fih id-dawl, li huwa jkebbes fir-ruħ.

L-Appostlu jikteb: “Titfux l-Ispirtu”.

L-atteġġjament tal-Avvent jesprimi ruħu fil-ftuħ intern lill-azzjoni tal-Ispirtu Santu; fl-ubbidjenza għal din l-azzjoni.

U hekk hu, meta nipperseveraw f’atteġġjament simili, l-Alla tal-paċi iqaddisna sal-perfezzjoni, u l-ispirtu tagħna, ir-ruħ u l-ġisem jikkunservaw ruħhom bla tebgħa għall-miġja ta’ Sidna Ġesù Kristu (cf. 1Ts 5,23).

Pawlu appostlu fl-ewwel ittra lit-Tessalonkin, hekk għallem lill-ewwel insara. It-tagħlim tiegħu huwa dejjem attwali; l-atteġġjament tal-Avvent jagħti lill-bniedem iċ-ċertezza li Alla ġie fid-dinja f’Ġesù Kristu; li daħal fl-istorja tal-bniedem; li huwa f’nofsna; u li, fl-istess ħin, jagħti lill-bniedem il-maturità tal-laqgħa ma’ Alla waqt il-ħajja terrena u l-maturità tal-laqgħa definittiva Miegħu  !

Ejjew nitgħallmu tali atteġġjament!

Ejjew nitgħallmuh sena wara sena, jum wara jum!

Għal dan tistedinna u tħejjijna il-liturġija kollha tal-Avvent.

6. Min hu Dak li diġa ġie, u li jiġi b’mod kostanti u li għandu jiġi definittivament?

Hekk hu, huwa Dak li għandu jġib il-bxara t-tajba lill-fqajrin, li jinfaxxa  l-ġrieħi tal-qlub maqsuma, li jxandar il-ħelsien lill-bnedmin sfurzati internament u esternament għall-iskjavitù.

Dak li jtawwal is-sena tal-ħniena tal-Mulej (cf. Iż 61,1s).

Jinħltieġ li hawn fil-parroċċa tas-Qalb Immakulata ta’ Marija, Hu jkun mistenni bil-ferħ; li lkoll jirrepetu ma’ Marija: “l-ispirtu tiegħi jifrah f’Alla, salvatur tiegħi” (Lq 1,47).

Jalla dan l-atteġġjament intern tal-Avvent jiffjorixxi f’kulħadd: fil-persuni anzjani li qegħdin jersqu lejn il-limiti tal-ħajja, u fiż-żgħażagħ, li qegħdin jibdew din il-ħajja. Jinħtieġ li tali atteġġjament jippenetra fil-Komunità u fl-ambjenti tagħkom; jalla jsir klima tal-ħajja familjari. Jalla fih jikber u jimmatura kull bniedem fost l-esperjenzi u l-provi, li fil-ħajja ma jonqsux. Jalla fih, fl-atteġġjament tal-Avvent, isibu is-sosten dawk kollha li jbatu: “ Ruħi tifraħ f’Alla tiegħi, għaliex libbisni bil-ħwejjeġ tas-salvazzjoni”  (Iż 61,10).

Il-Qalb Immakulata ta’ Marija tikseb għall kull wieħed u waħda minnkom dan il-ferħ ta’ salvazzjoni, li huwa ikbar minn dak kollu li qatt tistà toffrilkom id-dinja!

Miġjub mit-Taljan għall-Malti minn Emanuel Zarb

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading