Il-Papa fl-Ambaxxata Russa

Print Friendly, PDF & Email

Gwerra fl-Ukrajna: Il-Papa Franġisku jmur l-ambaxxata Russa biex jesprimi tħassib tiegħu fuq il-gwerra fl-Ukrajna.

Il-Papa Franġisku mar fil-kwartieri ġenerali tal-Ambaxxata Russa għas-Santa Sede – immexxija mill-Ambaxxatur Alexander Avdeev – għall-ħabta ta’ nofsinhar tal-Ġimgħa filgħodu, biex jesprimi t-tħassib tiegħu dwar il-gwerra fl-Ukrajna. Huwa wasal b’karozza bajda u baqa’ fil-bini ta’ Via della Conciliazione għal aktar minn nofs siegħa. Dan ġie kkonfermat mid-direttur tal-Uffiċċju Stampa tal-Vatikan, Matteo Bruni.

Il-Papa Franġisku qed isegwi mill-qrib l-evoluzzjoni tas-sitwazzjoni fil-pajjiż tal-Lvant tal-Ewropa, li ilu taħt attakk mil-lejl tal-24 ta’ Frar, fejn bosta nies diġa’ nqatlu u ndarbu. Diġa’ fl-Udjenza Ġenerali ta’ nhar l-Erbgħa, qabel ma bdiet l-invażjoni Russa, l-Papa kien esprima “qalbi tuġagħni wisq nara s-sitwazzjoni tiggrava fl-Ukrajna”. L-Qdusija Tiegħu talab ukoll li nhar l-Erbgħa, 2 ta’ Marzu, l-Erbgħa tal-Irmied ikun jum ta’ talb u sawm għall-paċi.

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2022-02/war-in-ukraine-pope-francis-goes-to-russian-embassy.html

%d bloggers like this: