Il-Papa mhux sejjer Firenze kif programmat

Print Friendly, PDF & Email

Il-Papa jħassar iż-żjara ta’ Firenza, u mhux ser jippresiedi l-funzjoni tal-Erbgħa tal-Irmied minħabba raġunijiet ta’ saħħa

Il-Ġimgħa, l-Uffiċċju Stampa tas-Santa Sede, ħabbar li minħabba uġigħ akut fl-irkoppa, l-Papa Franġisku mhux se jkun jista’ jagħmel iż-żjara tiegħu f’Firenze, li kienet skedata għall-Ħadd 27 ta’ Frar. Barra minn hekk, il-Papa lanqas se jippresiedi ċ-ċelebrazzjonijiet tal-Erbgħa tal-Irmied.

Il-Papa Franġisku kien skedat li jagħmel dan il-vjaġġ fil-kapitali tat-Toskana, għall-aħħar jum tal-Laqgħa “Mediterranean, Frontier of Peace”, li se ssir mit-23 sas-27 ta’ Frar, fejn tiġbor l-Isqfijiet u Sindki ta’ bliet ewlenin tal-Mediterran.

Fi stqarrija, l-President tal-Konferenza Episkopali Taljana, l-Kardinal Gualtiero Bassetti, enfasizza kemm il-Papa jimpurtah mil-laqgħa li għaddejja. “Sa mill-bidu,” qal il-Kardinal, “qsamna mal-Papa dan il-proġett importanti li lejh dejjem esprima kliem ta’ appoġġ u inkoraġġiment biex inkomplu fit-triq li qabdu”.

Il-Kardinal Bassetti jassigura mit-talb ta’ kulħadd u nnpta li “l-Qdusija Tiegħu ser ikun qed jakkumpanjana f’dan il-proċess ta’ smigħ, għarfien reċiproku, spiritwalità, fraternità u paċi”. Il-Ħadd, kompla, “lkoll nkunu magħqudin spiritwalment; nitolbu flimkien għall-paċi, bil-ħsibijiet tagħna mdawwra lejn l-Ukrajna”.

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2022-02/pope-francis-florence-ash-wednesday-health-knee-pain.html

%d bloggers like this: