Ambulanzi għall-Ukrajna

Print Friendly, PDF & Email

Il-bieraħ, f’Ħamis ix-Xirka, il-Knisja Kattolika rregalat t-tieni ambulanza lil sptar tal-kardjoloġija fi Kiev, l-Ukrajna. Skont il-Papa Franġisku dan hu simbolu tal-ħasil tar-riġlejn lejn il-poplu Ukren. L-għotja tal-ambulanza saret fi żjara li qed jagħmel fi Kiev f’isem il-Papa l-Kardinal Konrad Krajewski.

Il-Kardinal kellu laqgħa mal-Arċisqof Grieg-Kattoliku Sviatoslav Shevchukaver u żar il-katidral tar-Reżurrezzjoni ta’ Kristu fil-belt Ukrajna. Se jgħix il-liturġija tal-Ġimgħa l-Kbira fl-iktar żoni milquta mill-kefrija tal-gwerra. B’hekk il-Passjoni u l-mewt ta’ Kristu se jkunu mfakkra fuq il-kalvarju Ukren fejn l-istazzjonijiet huma mmarkati b’tankijiet imkissra tal-gwerra, djar li saru ħerba u b’nies mejta mingħajr ma ġew midfuna.

Hu proprju f’dan ix-xenarju ta’ deżolazzjoni l-Papa se jiċċelebra l-Ġimgħa l-Kbira fil-Kolossew. Il-Kardinal Krajewski qal fi Kiev: “Tiġi hawn u ssib il-marki l-aktar profondi tal-gwerra, sa nies bla ħajja. Imma mingħajr ma nitilfu t-tama. Il-Passjoni vera ta’ Ġesù hi fejn in-nies qed ibatu u jmutu. Imma aħna nispiċċaw il-Via Crucis bl-istazzjon tal-Qawmien.”

Id-direttur tal-isptar qal: “Aħna tobba u rridu nkunu bħas-Samaritan it-Tajjeb u ndewwu mhux biss lill-Ukreni mweġġa’, in-nies u s-suldati, imm rridu ngħinu lil kulħadd, anke Russi.

https://www.avvenire.it/mondo/pagine/krajewski-ucraina-guerra-pasqua-visita-ambulanza-papa

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading