San Atanasju ta’ Lixandra

Print Friendly, PDF & Email

Illum, 2 ta’ Mejju, il-Knisja tfakakrna f’San Atanasju ta’ Lixandra.

‘San Atanasju ta’ Lixandra

Fil-katekeżi tiegħu fuq dan il-qaddis, il-Papa Benedittu XVI kien qal li Atanasju kien bla dubju ta’ xejn wieħed mill-aktar Missirijiet importanti u meqjuma tal-Knisja antika. Imma fuq kollox dan il-qaddis kbir huwa t-teologu appassjonat tal-inkarnazzjoni tal-Logos, il-Verb ta’ Alla, li – kif jgħid il-prologu tar-raba’ Vanġelu – “sar bniedem u u għammar fostna” (Ġw 1:14). Proprju għal din ir-raġuni Atanasju kien ukoll l-aktar avversarju importanti u qalbieni tal-ereżija Arjana, li dak iż-żmien kienet qed thedded il-fidi fi Kristu, għax riedet tirriduċih għal ħlejqa “medja” bejn Alla u l-bniedem.

Ara l-Katekeżi tal-Papa Benedittu XVI fuq San Atanasju ta’ Lixandra …

Ara aktar katekeżijiet mill-Papa Benedittu XVI fuq bosta personaġġi kbar oħra tal-Knisja …

Ara wkoll 32 katekeżi mill-Papa Benedittu XVI fuq l-Appostli u personaġġi importanti oħra tal-Knisja bikrija …

… u 20 katekeżi oħra fuq San Pawl …

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

%d bloggers like this: