Il-Papa Franġisku qal li qed jitlob għal dawk li tilfu ħajjithom f’terremot li laqat il-Lvant tal-Afganistan fis-sigħat bikrin tal-Erbgħa filgħodu. Waqt li kien qed jitkellem fl-Udjenza Ġenerali tal-Erbgħa, l-Papa esprima l-qrubija tiegħu lejn dawk kollha milquta mit-terremot li, qal, “ħa diversi ħajjiet u kkawża ħsarat estensivi fl-Afganistan.”
Il-Papa Franġisku qal: “Nitlob b’mod speċjali għal dawk li tilfu ħajjithom u l-familji tagħhom”. “Nittama li bl-għajnuna ta’ kulħadd,” kompla, “nistgħu ntaffu t-tbatija tal-poplu għażiż tal-Afganistan”.
Dan huwa l-aktar terremot qawwi u fatali li laqat il-pajjiż f’għexieren ta’ snin, li allegatament qatel ‘il fuq minn elf ruħ u weġġaw mijiet oħra. L-uffiċjali qed iwissu lin-numri ta’ mwiet x’aktarx jiżdied.
Osservaturi qalu li l-isforzi ta’ salvataġġ x’aktarx ikunu kkumplikati peress li ħafna aġenziji ta’ għajnuna internazzjonali telqu mill-Afganistan wara li t-Taliban ħadu l-pajjiż taħt idejhom. Esperti qali li theżiżiet bħal dawn jistgħu jikkawżaw ħsara kbira, partikolarment f’żona bħal fejn id-djar u bini ieħor huma mibnija ħażin u l-valangi huma komuni.
Filmati mill-provinċja ta’ Paktika urem nies li qed jinġarru f’ħelikopters biex joħorġu miż-żona. Oħrajn ġew kurati fuq il-post. Iżda għexieren ta’ nies huma maħsub maqbuda taħt it-terrapien.
Deputat kelliem għall-gvern Taliban tal-pajjiż ma ta l-ebda numru speċifiku ta’ mwiet iżda fuq tweet qal li mijiet ta’ nies inqatlu u ndarbu fit-terremot. “Inħeġġu lill-aġenziji ta’ għajnuna biex jibgħatu timijiet fiż-żona immedjatament biex jipprevjenu aktar katastrofi”, huwa kiteb fuq twitter.
Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2022-06/pope-appeal-afghanistan-earthquake-prayers-victims-relief.html