Ġwanni Pawlu II lill-impjegati tal-Vatikan

Print Friendly, PDF & Email

QUDDIESA GĦAD-DIPENDENTI TAL-
REVERENDA FABBRIKA TA’ SAN PIETRU
OMELIJA TA’ ĠWANNI PAWLU II
Il-Ħadd, 28 ta’ Marzu 1982

1. “Jekk iż-żerriegħa tal-qamħ li taqà fl-art ma tmutx, tibqà weħedha; jekk iżda tmut, tipproduċi ħafna frott” (Ġw 12,24).

Għeżież ħuti, b’dan il-kliem ta’ Ġesù, meħud mill-Vanġelu skont San Ġwann u propost lilna mil-Liturġija ta’ dan il-Ħames Ħadd tar-Randan, ninsabu ferm eqreb u ferm orjentati b’mod deċiż lejn il-Ġimgħa Mqaddsa u ċ-ċelebrazzjoni tal-misteri supremi tas-salvazzjoni tagħna. Intom, illum, ittemmu l-ġimgħa tal-Eżerċizzi Spiritwali annwali tagħkom u flimkien mal-Arċisqof Lino Zanini, Delegat estremament żelus tar-reverenda Fabbrika ta’ San Pietru, u l-predikatur Monsinjur Pietru Psarducci, jiena kuntent li nsellmilkom u li se nikkonkludi b’dan il-mod il-preparazzjoni tagħkom għall-Għid li ġej.

Kull sena din is-sollennità tiġi fil-waqt biex tfakkarna u ġġegħlna ngħixu mill-ġdid iċ-ċentru tal-fidi nisranija u, bla dubju, intom ukoll fil-laqgħat li kellkom mill-ġdid kontu ffaċċjati mal-misteri essenzjali ta’ din il-fidi tagħna, li tagħha l-mewt u l-qawmien mill-imwiet ta’ Ġesù huma l-punt fokali, il-pern u s-sies. U jiena nawgura li intom ħadtu deċiżjonijiet proattivi għall-ħajja tagħkom individwali, familjari u soċjali.

2. Il-paragun taż-żerriegħa tal-qamħ, ifformulat minn Ġesù, jgħodd qabel kollox għalih innifsu. Hu, infatti, waqà fl-art. Huwa, qabel kollox, miet, hu, għalhekk, huwa mgħobbi bi frott abbundanti u saporuż, għas-salvazzjoni tal-bnedmin, għas-salvazzjoni tagħna. Tassew dik il-qamħa tbiddlet fi żbula, għanja u fertili, għaliex Ġesù biss huwa l-qamħ tassew li jitmagħna u jsostnina. Dan nisimgħuh minn xuftejh stess fl-istess Vanġelu ta’ Ġwanni: “Jiena l-ħobż tal-ħajja, min jiġi għandi ma jaqbdux iktar ġuħ u min jemmen fija ma jaqbdux iktar għatx” (Ġw 6,35). Huwa, jiġifieri, jistà jissodisfa d-domandi u u-bżonnijiet l-iktar profondi ta’ ruħna u ta’ ħajjitna. Iwieġeb għall-mistoqsijiet tagħna; jillumina mixjietna; jimmultiplika l-enerġiji tagħna; f’kelma waħda, jissodisfa l-ġuħ u l-għatx tagħna tal-ħajja eterna, billi  jqiegħedna f’sitwazzjoni ta’ komunjoni filjali ma’ Alla.

Imma dan kollu huwa jagħmlu permezz ta’ mewtu, li hija mewt fuq is-salib. Qrajna wkoll dan il-kliem fil-Vanġelu: “Meta nkun mgħolli mill-art, niġbed lil kulħadd lejja. Dan qalu biex jindika b’liema mewt kellu jmut” (Ġw 12,33). Is-salvazzjoni tagħna tgħaddi mis-sagrifiċċju tiegħu, u, fis-sewwa, donazzjoni totali tiegħu biss magħmula bi mħabba tippossiedi l-qawwa li “tiġbed” jiġifieri li tikkostrinġi l-imħuħ tagħna u lil qlubna, kważi li tikkalamitana, ladarba verament “mhemmx imħabba ikbar minn din: li tagħti ħajtek għal ħbiebek” (Ġw 15,13). U dan huwa preċiżament dak li għamel Ġesù għalina.

3. Imma l-paragun taż-żerriegħa tal-qamh jgħodd ukoll għalina, bħalma għall-insara kollha. Infatti, il-kliem ta’ Ġesù jkompli hekk: “Jekk wieħed irid iservini jimxi warajja, fejn inkun jien, ikun hemm ukoll il-qaddej tiegħi” (Ġw 12,26). Aħna, bil-Magħmudija tagħna, ġejna lkoll imqiegħda f’komunjoni ta’ servizz ma’ Ġesù u għal Ġesù, Kull imgħammed huwa msejjaħ biex jgħix responsabilment fil-Knisja bħala suġġett attiv, fil-kuxjenza sħiħa tad-dinjità tiegħu ta’ Bin Alla u tad-dmirijiet tax-xhieda nisranija tiegħu, skont progress spiritwali kontinwu (cf. Ap 2,19).

L-ewwel qari bibbliku, meħud mill-Profeta Ġeremija, fakkarna dan f’termini ċarissmi: “Inqiegħed il-liġi tiegħi f’ruħhom, niktibha fuq qalbhom…Ilkoll jagħrfuni, mill-iżgħar sal-ikbar, jgħid il-Mulej” (Ġer 31,33.34). Dan seħh għalina bil-Magħmudija; imma kuljum aħna msejħin biex inġeddu l-identità nisranija tagħna, permezz ta’ dikjarazzjoni umli u ferrieħa tal-fidi tagħna u tal-qbil sod u ħaj tagħna mal-Mulej Ġesù. Jiġi spontanju, quddiem dawn ir-realtajiet l-iktar għolja, li nistaqsu lilna nfusna b’sinċerità assoluta jekk aħna hux tassew qegħdin insegwu lil Ġesù ristu kulfejn imur. “Fejn inkun jien, hemm ikun il-qaddej tiegħi”. Safejn qegħdin nagħmlu tagħna d-donazzjoni ta’ mħabba totali tiegħu? Safejn qegħdin nuru n-nuqqas ta’ nteress tagħna għalih, għall-oħrajn, għall-Knisja, bħal ma hu wrieh bis-salib? Infatti, bis-servizz tagħna biss, li huwa wkoll dejjem ċaħda, nistgħu nipproduċu, bħala, “ħafna frott ”.

4. Għeżież ħuti, dawn il-ħsibijiet tispiralna l-Kelma ta’ Alla fil-Liturġija tallum. Ejjew infittxu li nittrasformawha f’talb, sabiex tippenetra dejjem iktar ġewwa fina.

Min-naħa tiegħi, irrid napprofitta mill-okkażjoni biex niżżikom ħajr għax-xogħol, moħbi imma l-iktar preżżjuż, li twettqu għad-dipendenzi tar-reverenda Fabbrika ta’ San Pietru, għad-dekor tal-kbira Bażilika li tgħasses il-“Sepulcrum beati Petri”; u waqt li nassikuralkom  il-benevolenza tiegħi, ninkuraġġikom b’mod patern biex tkomplu dejjem b’entużjażmu u b’diliġenza fis-servizz impenjattiv tagħkom. U l-Mulej, li tiegħu nitlob il-barka, jirrikompensakom bil-kbir, waqt li dejjem jassisti bil-grazzja tiegħu lil kull wieħed minnkom, lill-familji tagħkom u lill-għeżież tagħkom.

Miġjub mit-Taljan għall-Malti minn Emanuel Zarb

%d bloggers like this: