Ġwanni Pawlu II fil-funeral tal-Kardinal Felici

Print Friendly, PDF & Email

QUDDIESA TAL-FUNERAL TAL-
KARDINAL PERICLE FELICI
OMELIJA TA’ ĠWANNI PAWLU II
IL- Ħamis, 25 ta’ Marzu 1982

“Kunu lesti, għaliex Bin il-bniedem jiġi fis-siegħa li ma tistennewx” (Lcq12,40).

1. Mill-ġdid għal darb’oħra, għeżież ħuti, l-esperjenza ġġegħlna nmissu b’idejna l-verità ta’ din it-twissija, tant magħrufa, tal-Vanġelu.

Diġa lkoll ninsabu taħt l-impressjoni doloruża u terribbli tal-mewt mhix mistennija tal-maħbub ħuna, il-Kardinal Pericle Felici, il-qatt minsi Segretarju Ġenerali tal-Konċilju Ekumeniku Vatikan II u tal-Prefett preżenti tat-Tribunal Suprem tas-Senjatura Apostolika u President tal-Kummissjoni Pontifiċja tal-Kodiċi u tad-Dritt Kanoniku.

Il-Mulej, padrun tal-ħajja u tal-mewt, ħadu f’salt wieħed minn fostna waqt li kien fl-impenn operanti tiegħu ta’ servizz lill-Knisja u fil-qalba ta’ att ta’ ministeru saċerdotali fl-art tal-Puglia, u aħna nemmnu li, jekk hekk huwa pprovdut, dan jirrifletti, ukoll jekk aħna ma nifhmuhx, raġunijiet ta’ tjubija u ta’ mħabba ħanina. Hekk hu, propju dan il-ħsieb, ispirat minn fidi ħajja, jiġifieri ir-referenza diretta għal parametru essenzjali tal-Kredu tagħna – “Sive vivimus, sive morimur Domini sumus” (Rm 14,8)! –, għandu jiġgudikana u spiritwalment jinkuraġġina waqt il-Liturġija tallum: il-Mulej Alla jneħħi u, fl-istess ħin, jippreserva; jeħdilna l-preżenza fiżika ta’ wieħed minn ħutna tassew għażiż u flimkien jurihulna – u aħna għandna iktar minn tama, certezza sikura – imlibbes mill-ġdid bil-ħajja fl-isem u fil-virtù tal-uniġenitu Ibnu irxuxtat.

Se jkun dan l-istess ħsieb ta’ fidi li jsostni lil moħħna, umanament mitluf, u li jibdel din iċ-ċerimonja ta’ dwejjaq ta’ dalgħodu f’realtà ta’ għaqda  u konsolazzjoni fraterna.

2. Aċċennajt għall-uffiċċji jew funzjonijiet, bla ebda dubju mportanti, li kienu afdati lill-mibki Kardinal mill-predeċessuri tiegħi Ġwanni XXIII u Pawlu VI fis-snin tal-maturità tiegħu. Imma l-Kardinal Feliċi għandu jkun meqjus u mfakkar għal dak li kien u għal dak li għamel fis-snin ta’ qabel, bħala saċerdot tant għani bi kwalitajiet naturali u umani, daqskemm mogħni, grazzi għal impenn serju formattiv, b’dawk id-doti li huma propji  tal-veru “homo Dei” (1Tm 6,11).

F’dak iż-żmien maġemb id-dispożizzjoni sinċiera tiegħu, mas-sempliċità tal-ħin, mas-sens tajjeb ta’ Lazjali awtentiku u, jistà jkun ukoll mas-“sens umoristiku” tiegħu u mal-vena poetika, jippreżentaw ruħhom fil-firxa kollha tagħhom u b’validità eżemplari l-impostazzjoni solida tiegħu ta’ “saċerdot Ruman”. Il-kompetenza ġuridika tiegħu u l-passjoni għal-leġiżlazzjoni antika u ġdida tal-Knisja, ix-xogħol tiegħu fil-kamp didattiku-edukattiv bħala Rettur tal-Istitut Pontifiċju għall-istudji ġuridiċi ta’ Sant’ Apollinare, u Direttur Spiritwali apprezzat fis-Seminarju Ruman Maġġuri. Jistgħu jixhdu sewwa għal dan, iż-żgħażagħ numerużi u l-ex-studenti ta’ darba, li llum huma saċerdoti u juru, fit-twettiq tal-ministeri ekkleżjali tagħhom, li għamlu teżor mil-lezzjonijiet għolja li rċivew mingħand is-superjur u direttur tal-ispirtu tagħhom  .

3. Imma jiena nħoss lejh dejn speċjali ta’ gratitudni ħajja u sinċiera. Bħal ħafna, anzi bħalIsqfijiet pateċipanti kollha fis-sessjonijiet individwali tal-Konċilju Vatikan II, mill-11 ta’ Ottubru 1962 sat-8 ta’ Diċembru 1965, jien għad għandi ċara quddiem għajnejja l-figura  tal-attent Segretarju Monsinjur Felici, li, inkarigat diġa fil-fażijiet preċedenti pre-preparatorji u preparatorji tax-xogħol kumplikat u metikoluż ta’ koordinazzjoni u ta’ selezzjoni fil-“volum tal-karti” li kellhom x’jaqsmu mal-problematika vastissma konċiljari, għaraf b’mod kostanti juri applikazzjoni assidwa, kapaċità ta’ smigħ, rispett lejn l-opinjonijiet tal-oħrajn, ċarezza ta’ viżjoni tal-problemi u, għall-bżonn, sabar bla tarf, minbarra ubbidjenza filjali u fedeltà assoluta lejn il-Qdusija Tagħhom. Dan tiegħu kien xogħol ta’ kuljum u indefatigabbli li ma kellux intervalli, għaliex ovvjament is-Segretarju ma kienx hekk biss fl-Awla fuq ġewwa ta’ din il-Bażilika, imma kellu jerġà jibda u jkompli l-istess xogħol, meta dak ta’ ħaddieħor kien ikun intemm  .

U litteralment – hemm bżonn li nżidu – dan kompla wkoll fil-perijodu ċertament non feliċi tal-post-Konċilju, billi kompla fid-direzzjoni doppja tal-pubblikazzjoni tal-Atti uffiċċjali kollha tal-assisi ekumenika u tal-presidenza tal-Kummissjoni speċjali li għandha d-dmir li tinterpreta id-digrieti konċiljari.

Ma nistax ninsa s-settur l-importanti l-ieħor, li għalih aċċennajt fil-bidu, bħala responsabbli ewlieni tal-Kummissjoni għat-tlestija tal-Kodiċi Kanoniku l-ġdid, settur li għalih huma wkoll meħtieġa – minbarra sens ġuridiku profond – ħiliet   xejn komuni ta’ organizzazzjoni u ta’ sintesi, u li fih il-frott  “Deo adiuvante” diġa qed juri ruħu.

Huwa preċiżament għal dan ix-xogħol, bħalma għall-inkarigi l-oħra, afdati lilu fi ħdan il-Kurja Rumana, li jien rigward meta tkellimt dwar id-dejn ta’ rikonoxxenza personali lejn l-għażiż Ipporporat, li stajt tant napprezza għall-kompetenza, għall-attakkament, għall-istil – u jkolli ngħid – għas-servizz u għall-kollaborazzjoni tiegħu. Huwa, bħalma kien jaf ikun dejjem dehen tal-fiduċja tal-predeċessuri tiegħi, hekk ukoll kien fedelment qrib f’dawn is-snin tal-pontifikat tiegħi, ibda minn dik il-għaxija tas-16 ta’ Ottubru 1978, meta ħabbar lid-dinja l-isem tal-magħzul il-ġdid għas-Sedja ta’ Pietru.

4.Imma ejjew nerġgħu lura għall-ġrajja konċiljari, rigward liema l-Kardinal Felici jidher li kien, b’għarfien unanimu, wieħed mill-protagonisti. Mingħajr ma ninsisti dwar tali valutazzjoni (dan mhux il-post addattat), irrid biss nosserva li l-attività, minnu mwettqa f’ħajtu, jiġifieri qabel, waqt u wara l-Konċilju, tikkorrispondi għal dik in-nota li kienet speċifika tal-Vatikan II: in-nota tal-ekjeżjalità. Tassew il-Konċilju tal-Knisja kellu fis-Segretarju tiegħu il-qaddej tal-Knisja, li għaliha opera attivament, b’mod diżinteressat, fl-impenn tiegħu li jiskopri, flimkien mal-assemblea ta’ ħutu l-Isqfijiet, il-linjamenti ġenwini u oriġinali tal-Knisja ta’ Kristu, sagrament ta’ salvazzjoni u ta’ għaqda għall-ġnus (cf. Lumen Gentium, 1).

Huwa għaraf ukoll jirrestawra, fil-jiem u x-xhur ta’ din ir-riċerka entużjasta, forom ta’ kuntatt miftuħ u kordjali mal-konfratelli, li ffjorixxew tant spiss fi  ħbiberija sinċiera u kienu huma wkoll konferma tar-rabta ta’ kolleġjalità, li dwarha kien jiġi diskuss fl-Awla.

5. Issa wasalna biex ngħaddu mil-Liturġija tal-Kelma għal-Liturġija Ewkaristika, li għaliha jgħodd mhux biss dak li għedt s’issa, imma wkoll u fuq kollox it-twissija, li smajna fil-qari evanġeliku..

Twissija benefiċjarja, twissija singulari hija dik l- “estote parati”, li l-Mulej jindirizza lilna (Lq 12,40)!

Huwa, infatti, ma jwaqqgħalniex il-moral, imma jgħollina u jsabbarna, għaliex, għalkemm ifakkarna d-dmir tal-preparazzjoni u tal-għassa “fl-istennija tal-miġja tiegħu”, huwa preċedut ferm mill-qrib mill-proklamazzjoni tal-bejatitudni riservata għal dawk li “huma ppreparati”.

Nagħmlu sewwa, għeżież ħuti, li spiss nimmeditaw din il-kelma ammonitriċi u konfortatriċi fl-istess ħin ta’ Kristu Ġesù: hija tikkonfigura waħda mill-bejatitudni evanġeliċi u għalhekk, tgħodd biex tagħti serħan lill-ispirtu tagħna quddiem il-visti għall-għarrieda, li jolqtuna diretti jew fil-persuna ta’ ħutna. Iva, huma beati dawk il-qaddejja tal-Mulej, li meta jiġi, jsibhom għassa” (Lq 12,37; cf. 38. 43).

Tali bejatitudni, li hija prerekwiżit u garanzija tal-bejatitudni f’Alla, tistà tkun attribwita bla ebda dubju lill-Kardinal Felici, ladarba ma kienx la mhux imħejji linqas nieqes mill-attenzjoni ta’ leħen il-Mulej. Eżatt ftit minuti qabel tas-sejħa mhix mistennija, b’qalbu teħbru kien aċċenna għat-tluq minn din l-art, li hija x-xorti komuni tal-bnedmin, u donnu ispira ruħu – hu, student tas-Seminarju Ruman, fejn hija tradizzjonali u sinifikanti ħafna d-devozzjoni lejn il-Madonna tal-Fiduċja – biex jiddikjara quddiem il-fidili ċ-ċertezza li kellu jsib lil Marija tistennieh.

Jewwilla din kienet premonizzjoni? Aħna ma nafux, nittamaw u nemmnu li, waqt li ngħalqu għajnejh fuq ix-xena ta’ din id-dinja,  fetaħhom għal-laqgħa mal-Omm ċelesti u, minnha mmexxi, ma’ Ġesù Salvatur u Mulej. Hekk ikun!

Miġjub mit-Taljan għall-Malti minn Emanuel Zarb

%d bloggers like this: