Kulħadd huwa ġenju; imma jekk tiġġudika ħuta b’kemm hi kapaċi tixxabbat ma’ siġra, din tgħix ħajjitha kollha temmen li hi stupida Albert Einstein
L-iktar jum mitluf ta’ ħajtek hu dak fejn ma tidħak xejn
Grupp isir tim meta kull membru hu tant żgur minnu nnifsu u mill-kontribut teigħu li jfaħħar il-ħiliet tal-oħrajn Norman Shidle
Xi membri tal-knisja huma pilastri (pillars) imma oħrajn huma dud tal-ħarir (caterpillars) għax ikaxkru saqajhom biex jidħlu u joħorġu Warner Phillips
Daħqa tajba u raqda twila huma l-aqwa duwa Qawl Irlandiż
L-umilta’ hi għall-virtuwijiet l-oħra dak li l-katina hi għall-kuruna: neħħi l-katina u ż-żibeġ jixterdu kollha; neħħi l-umilta’ u l-virtuwijiet jisparixxu San Ġwann Marija Vianney
Is-sellum li jwassal għall-Ġenna għandu biss tliet skaluni: Ġesu, Ġużeppi u Marija San Leonardu ta’ Porto Maurizio
Il-mejtin jirċievu fjuri aktar mill-ħajjin għax id-dispjaċir hu sentiment aktar qawwi mir-radd il-ħajr Anne Frank
Kull soċjeta’ se tiġi ġġudikata b’kemm ħadet ħsieb tal-membri l-aktar dgħajfa; fost dawn żgur li wieħed isib dawk li se jitwieldu u dawk li waslu biex imutu San Ġwanni Pawlu II
Il-verita’ tista’ tkun qarsa jew ħelwa imma dejjem hi tajba
Il-gidba tista’ tkun qarsa jew ħelwa imma dejjem hi ħażina
- Biex tipposjedi kompletament trid tagħti; dak kollu li ma jirnexxilekx tagħti jippossjedi lilek Anon
- Li tkun tajjeb lejk biss hu li ma tkun tajjeb għal xejn Voltaire
- L-ikbar rikkezza hi li tgħix kuntent bil-ftit Plato
- Li tħossok grat lejn xi ħadd mingħajr ma turih, qisek tgeżwer rigal mingħajr ma tagħtih William Arthur Ward
- Wieħed jista’ jħallas id-deċmi billi għal kull 10 sigħat li jqatta’ fuq il-mobile, computer u TV, iqatta’ siegħa l-knisja Harlan Miller
- Skultur aqwa minn xi Rodin jew Michelangelo hu IL-ĦSIEB. Dak li bniedem jaħseb f’qalbu jirreklamah b’wiċċu Thomas Dreier
- Min kapaċi jibqa’ jżomm il-ħlewwa qalb it-tbatija, u l-paċi qalb l-inkwiet… huwa kważi perfett San Franġisk de Sales
- Meta l-ħajja tbierkek b’mezzi finanzjarji tajbin, tgħollix il-mod kif tgħix, imma l-mod kif tagħti Anon
- I sought my soul, but my soul I could not see; I sought my God, but my God eluded me; I sought my brother and I found all three Anonymous Poet
- L-imħbba hi dak li tkun għaddejt minnu ma’ xi ħadd James Thurber
- It is when we all play safe that we create a world of utmost insecurity Dag Hammerskjold
- Mhux min qiegħed fis-sewwa imma x’inhi s-sewwa li hu l-aktar importanti Thomas Huxley