Il-Papa Franġisku jirreġistra għall-Jum Dinji taż-Żgħażagħ li jmiss f’Lisbona

Print Friendly, PDF & Email

Fi tmiem l-Angelus tal-Ħadd, il-Papa Franġisku rreġistra għall-Jum Dinji taż-Żgħażagħ li jmiss li se jsir f’Lisbona, l-Portugal, f’Awwissu 2023. Megħjum u akkumpanjat minn studenti universitarji Portugiżi li qed jistudjaw f’Ruma, l-Papa kien l-ewwel pellegrin li uffiċjalment irreġistra għall-Jum Dinji taż-Żgħażagħ. Huwa ħeġġeġ liż-żgħażagħ minn madwar id-dinja biex issa jirreġistraw għaċ-ċelebrazzjoni internazzjonali tal-fidi.

Il-Papa qal li wara perjodu twil, speċjalment minħabba l-pandemija, “se niskopru mill-ġdid il-ferħ tat-tgħanniqa fraterna bejn il-popli u bejn il-ġenerazzjonijiet, li tant għandna bżonn”. Il-Papa Franġisku dan l-aħħar ħareġ it-tielet messaġġ għall-Jum Dinji taż-Żgħażagħ 2023 f’Lisbpna, fejn iħeġġeġ liż-żgħażagħ jimxu fuq il-passi tal-Madonna, immorru b’għaġla lejn ħaddieħor u jiddedikaw ħajjithom lil Ġesù.

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2022-10/pope-francis-registers-for-the-next-world-youth-day-in-lisbon.html

%d bloggers like this: