Il-Papa u l-mexxejja reliġjużi jniedu appell: “Le għall-gwerra u waqfien mill-ġlied universali”

Print Friendly, PDF & Email

“B’konvinzjoni soda ngħidu: Le għall-gwerra! Ejja nwaqqfu kull kunflitt”. Dan kien l-appell tal-Papa Franġisku u l-mexxejja reliġjużi fiċ-ċerimonja tal-għeluq tat-talb annwali għall-paċi ‘Spirtu ta’ Assisi’ li saret wara nofsinhar tat-Tlieta 25 ta’ Ottubru, fil-Kolossew.

Is-summit ta’ tlett ijiem għall-paċi, li sar taħt it-tema ‘Il Grido della Pace’ (L-Għajta għall-Paċi), kien ospitat mill-Komunità Sant’Egidio, u ilu jilqa’ presidenti, mexxejja reliġjużi, u diversi awtoritajiet ta’ grad għoli.

Din timmarka s-36 edizzjoni tal-laqgħat mibdija fid-dawl tal-Jum Dinji storiku ta’ Talb Interreliġjuż għall-Paċi tas- 27 ta’ Ottubru 1986, mal-Papa San Ġwanni Pawlu II. Ir-rappreżentanti tal-Knejjes Insara u r-Reliġjonijiet Dinjija bdew l-appell tagħhom billi ndirizzaw it-tħassib tagħhom lejn id-dinja u l-mexxejja tal-pajjiżi. “Aħna nsiru l-vuċi ta’ dawk li jbatu mill-gwerra, tar-refuġjati u tal-familji tal-vittmi kollha u ta’ dawk li mietu”.

“B’konvinzjoni soda ngħidu: Le għall-gwerra! Ejjew nwaqqfu kull konflitt. Il-gwerra ġġorr biss mewt u qerda; hija avventura bla ritorn li fiha aħna lkoll telliefa. Ħallu l-armi jkunu siekta; ħa jiġi ddikjarat waqfien mill-ġlied universali mill-ewwel”.

 Il-mexxejja sejħu wkoll għal taħditiet għall-paċi u djalogu.

“Ħallu n-negozjati li kapaċi jwasslu għal soluzzjonijiet ġusti għal paċi stabbli u dejjiema jiġu attivati malajr qabel ma jkun tard wisq. Ħallu jerġa jibda d-djalogu biex tiġi annullata t-theddida tal-armi nukleari”.

Wara l-kruhat u l-uġigħ tat-Tieni Gwerra Dinjija, l-appell kompla, n-nazzjonijiet setgħu jsewwu l-firdiet profondi tal-kunflitt u, permezz ta’ djalogu multilaterali, nħolqot l-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti. Kienet ir-riżultat ta’ aspirazzjoni għall-paċi, li huma jinnotaw li hija meħtieġa, llum aktar minn qatt qabel.

“Qegħdin f’salib it-toroq”, jenfasizza l-appell, filwaqt li jenfasizza: “nistgħu jew inkunu l-ġenerazzjoni li tħalli l-pjaneta u l-umanità jmutu, dik li takkumula u tinnegozja l-armi, li ngħixu taħt l-illużjoni li nkunu nistgħu nsalvaw lilna nfusna kontra ħaddieħor, jew nistgħu nkunu l-ġenerazzjoni li toħloq modi ġodda ta’ li ngħixu flimkien, li ma ninvestux fl-armi, u li neħħu l-gwerra bħala mezz ta’ riżoluzzjoni tal-kunflitti u twaqqif tal-isfruttament eċċessiv tar-riżorsi planetarji”.

Huma saħqu li dawk li jemmnu għandhom jaħdmu għall-paċi b’kull mod possibbli, u qalu li huwa “dmirna” li “ngħinu biex jirtabu l-qlub” u li “nappellaw għar-rikonċiljazzjoni fost il-popli”.

“Sfortunatament, anke bejnietna kultant konna maqsumin billi nabbużaw mill-isem qaddis ta’ Alla: nitolbu maħfra għal dan, b’umiltà u mistħija. Ir-reliġjonijiet huma, u għandhom ikomplu jkunu, riżors kbir għall-paċi. Il-paċi hija qaddisa, l-gwerra qatt ma tista’ tkun qaddisa!”

Jekk l-umanità ma ttemmx il-gwerer, il-gwerer se jtemmu l-umanità, innota l-appell, u żied li d-dija mhix il-pussess tagħna imma tappartjeni bl-istess mod għall-ġenerazzjonijiet futuri. “Għalhekk, ejjew neħilsu mill-ħmar il-lejl nukleari. Ejjew nerġgħu niftħu minnufih djologu dwar il-kontroll eċċeżiv u ż-żarmar tal-armi atomiċi”.

“Ejjew nerġgħu nibdew flimkien mid-djalogu, li huwa mediċina effettiva għar-rikonċiljazzjoni tal-popli. Ejjew ninvestu f’kull triq ta’ djalogu. Il-paċi hija dejjem possibbli! Gwerra qatt aktar! Qatt aktar ma nkunu wieħed kontra l-ieħor!”         

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2022-10/pope-religious-leaders-demand-peace-at-spirit-of-assisi-event1.html

Il-Papa u l-mexxejja reliġjużi jniedu appell: “Le għall-gwerra u waqfien mill-ġlied universali”.

%d bloggers like this: