Il-vestwarji pontifiċji tal-Papa Piju V fil-Konkatidral ta’ Ġwann

Print Friendly, PDF & Email

Il-vestwarji pontifiċji tal-Papa Piju V inġabu f’Malta biex ifakkru l-450 sena anniversarju minn mewtu u jinsabu għall-wiri fil-Konkatidral ta’ San Ġwann sat-13 ta’ Novembru 2022.

Il-Papa Piju V kien patri Dumnikan, li kien elett għall-papat fl-1566 sal-mewt tiegħu fl-1572. Hu mfakkar bħala benefattur kbir tal-kapitali Maltija, il-Belt Valletta, u promotur kbir tad-devozzjoni lejn Sidtna Marija tar-Rużarju Mqaddes.

Il-pubbliku jista’ jara dawn il-vestwarji pontifiċji kuljum, qabel u wara ċ-ċelebrazzjoni tal-quddiesa tal-Konkatidral. Il-ħinijiet tal-quddies hu mit-Tnejn sal-Ġimgħa fit-8:30am, is-Sibt fit-8:30am u fis-5:45pm u l-Ħadd fit-8:45am, 9:15am, 11:30am u fis-5:45pm. Nhar il-Ħadd 30 ta’ Ottubru l-quddiesa se ssir fid-9:30am u se titmexxa mill-Arċisqof Charles Scicluna flimkien mal-membri tal-Kapitlu Metropolitan li jagħtu servizz fil-Konkatidral. Il-quddiesa, li hi miftuħa għall-pubbliku, se tixxandar fuq TVM, knisja.mt u Newsbook.com.mt.

Il-Fondazzjoni tal-Konkatidral ta’ San Ġwann qed tikkordina l-miġja tal-vestwarji pontifiċji grazzi għas-Sur Frank Zammit, Ambaxxatur ta’ Malta għas-Santa Sede, bl-għajnuna tal-Uffiċċju għaċ-Ċelebrazzjonijiet Liturġiċi tal-Papa Suprem, l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, in-National Development and Social Fund, il-Malta Development Bank, Air Malta plc, Palazzo Ignazio, il-Bank Ċentrali ta’ Malta, il-Korp tal-Pulizija u l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.

Sors: www.knisja.mt

Ritratt: www.knisja.mt/ritratti

Leave a Reply

%d bloggers like this: