VIŻTA PASTORALI F’RIO DE JANEIRO U FL-ARĠENTINA
QUDDIESA FIS-SANTWARJU TA’ LUJÁN
OMELIJA TA’ ĠWANNI PAWLU II
Buenos Aires,
11 ta’ Ġunjuo 1982
Ħuti għeżież.
1. Quddiem il-Bażilika sabiħa ta’ Luján ddedikat lill-“Pura u Immakilata Kunċizzjoni” inġbarna illum wara nofsinhar biex nitolbu quddiem l-altar tal-Mulej.
Lill-Omm Kristu u Omm kull wieħed u waħda minna, irridu nitolbu biex tippreżenta lil Binha l-ansjetà ħajja bil-kbir ta’ qlubna milquta u għatxana għall-paċi.
Mingħandha li, mill-1630, tilqà hawn b’mod matern lil dawk li jersqu lejha biex jitolbu l-protezzjoni tagħha, irridu llum insejħu għall-kuraġġ, tama, fraternità.
Quddiem din ix-Xbiha mbierka ta’ Marija, li lejha wrew d-devozzjoni tagħhom il-predeċessuri tiegħi Urbanu VIII, Klement XI, Iljun XIII, Piju XI u Piju XII, jiġi biex jinxteħet għarkupptejh ukoll, f’għaqda ta’ mħabba filjali magħkom, is-suċċessur ta’ Pietru fuq il-katedra ta’ Ruma.
2. Il-Liturġija li qegħdin niċċelebrawf’dan il-post qaddis, li fih jiġu f’pellegrinaġġ l-ulied subien u bniet tal-Arġentina, tqiegħed taħt għajnejn kulħadd is-Salib ta’ Kristu fuq il-Kalvarju: “Kien hemm maġemb is-Salib ta’ Ġesù Ommu, oħt Ommu, Marija ta’ Kleofa, u Marija ta’ Magdala” (Ġw 19, 25).
Waqt li ġejt hawn bħala pellegrin tal-waqtiet diffiċli, irrid nerġà naqra, f’għaqda magħkom, il-messaġġ ta’ dan il-kliem tant magħruf. Li jdoqq bl-istess mod fil-partijiet distinti tad-dinja, u bdanakollu b’mod differenti. Huwa l-istess fil-waqtiet distinti tal-istorja, iżda jassumi elokwenza differenti.
Mill-għoli tas-Salib, katedra suprema tat-tbatija u tal-imħabba, Ġesù jkellem lil Ommu u jkellem lid-Dixxiplu: qal lil Ommu: “Mara, hemm hu ibnek!” Imbagħad qal lid-dixxiplu: “Hemm hi ommok!” (Ġwv 19, 26-27).
F’dan is-Santwarju tan-nazzjon Arġentin, f’Luján, il-liturġija titkellem dwar l-elevazzjoni tal-bniedem permezz tas-Salib: dwar id-destin etern tal-bniedem f’Ġesù Kristu, Bin Alla u Bin Marija ta’ Nażżaret.
Dan id-destin juri ruħu bis-salib fuq il-Kalvarju.
3. Dwar dan id-destin etern u tant sublimit l-bniedem, miktub fis-Salib ta’ Kristu, joffri xhieda l-Awtur tal-ittra lill-Efesin: “Ikun imbierek Alla. Missier Sidna Ġesù Kristu. / li berikna b’kull barka spiritwali fis-smewwiet, fi Kristu” (Ef 1, 3).
Dan Kristu narawh fiċ-ċentru tal-liturġija ċċelebrata hawn f’Luján; għoli fuq is-Salib: ivvutat għal mewt tal-mistħija.
F’dan Kristu hemm aħna wkoll, mgħollija għal għoli li għalih grazzi biss għall-poter ta’ Alla jistà jkun mgħolli l-bniedem: din hi l-“barka spiritwali”.
L-elevazzjoni permezz tal-grazzja nafuha lill-elevazzjoni ta’ Kristu fuq is-salib. Skont il-pjanijiet eKterni tal-imħabba paterna, fil-misteru tar-Redenzjoni wieħed jitwettaq permezz tal-ieħor u mhux b’xi mod ieħor: permezz tal-ieħor biss.
Jitwettaq eternament, mill-waqt li eterni huma l-imħabba tal-Missier u d-donazzjoni tal-Iben.
Jitwettaq ukoll fiż-żmien: is-salib fuq il-Kalvarju jfisser effettivament waqt konkret tal-istorja tal-umanità.
4. Konna magħżula fi Kristu “qabel il-ħolqien tad-dinja, biex inkunu qaddisin u mmakulati fil-preżenza tiegħu” (Ef 1, 4).
Din l-għażla tinvolVi d-destin etern fl-imħabba.
Ippredestinana “biex inkunu wliedu addottivi bl-opra ta’ Ġesù Kristu” (Ef 1, 5). Il-Missier tagħna permezz tal-“għażiż” tiegħu d-dinjità ta’ wliedu addottivi.
Tali hija d-deċiżjoni tar-rieda ta’ Alla. F’dan turi ruħha l-“glorja tal-grazzja tiegħu” (Ef 1, 6).
U dwar dan kollu jkellimna s-Salib. Is-Salib li l-liturġija tallum tqiegħed fiċ-ċentru tal-ħsibijiet u tal-qlub tal-pellegrini kollha, li ġew hawn mill-partijiet differenti tal-Arġentina fis-Santwarju ta’ Luján.
Illum hawn magħakom l-Isqof ta’ Ruma, bħala pellegrin tal-ġrajjiet speċjali li mlew bl-ansjetà tant qlub.
5. Jiena mela magħkom, għeżież ħuti, u flimkien magħkom se ndur biex naqra din il-verità profonda tal-elevazzjoni tal-bniedem fl-imħabba eterna tal-Missier: Verità mixhuda mis-salib ta’ Kristu.
“Fih sirna werrieta… sabiex inkunu għat-tifħir tal-glorja tiegħu, aħna li ttamajna fi Kristu” (Ef 1, 11-12).
Hemm bżonn li nħarsu lejn is-Salib ta’ Kristu bl-għajnejn tal-fidi u niskopru fih il-misteru etern tal-imħabba ta’ Alla li dwarha jkellimna l-Awtur tal-ittra lill-Efesin. Tali hu, skont il-kliem li għadna kemm smajna. “il-pjan ta’ dak li jopera kollox b’mod effikaċi, skont ir-rieda tiegħu” (Ef 1, 11).
Ir-rieda ta’ Alla hija l-elevazzjoni tal-bniedem permezz tas-Salib ta’ Kristu għad-dnjità ta’ l-iben ta’ Alla.
Meta nħarsu lejn is-Salib, naraw fih il-Passjoni tal-bniedem: l-Agunija ta’ Kristu.
Il-kelma tar-rivelazzjoni u d-dawl tal-fidi jippermettulna li niskopru permezz tal-Passjoni ta’ Kristu l-elevazzjoni tal-bniedem. Il-milja tad-dinjità tiegħu.
6. Huwa għalhekk, li meta b’din il-ħarsa nħaddnu s-Salib ta’ Kristu, jassumi għalina elokwenza ikbar il-kliem indirizzat, mill-għoli tas-Salib, lil Marija: “Mara, hawn hu ibnek!” (Ġw 19, 26). U lil Ġwani: “Hawn hi ommok!” (Ġw 19, 27).
Dan il-kliem donnu huwa bħal parti minn testament tal-Feddej tagħna. Dak li bis-Salib tiegħu wettaq il-Pjan etern tal-Imħabba ta’ Alla, li jroddilna lura bis-salib id-dinjità ta’ wlied addottivi ta’ Alla, l-istess jafdana, fil-waqt kulminanti tas-sagrifiċċju tiegħu, lil Ommu bħala wlied. Infatti, inqisu li s-sentenza “hawn hu ibnek” tirreferi mhux biss għad-dixxiplu uniku li baqà qrib is-salib ta’ Sidu, imma wkoll għall-bnedmin kollha.
7. It-tradizzjoni tas-Santwarju ta’ Luján qegħdet dan il-kliem fiċ-ċentru stess tal-liturġija, li għaliha jistieden lill-pellegrini kollha. Bħallikieku riedet tgħid: tgħallmu ħarsu il-misteru li jikkostitwixxi l-prospettiva l-kbira għad-destini tal-bniedem fuq l-art, u wkoll wara l-mewt.
Kunu wkoll afu tkunu wlied maskili u femminili ta’ din l-Omm, li Alla fi mħabbtu ta’ lil Ibnu bħala Omm.
Tgħallmu b’dan il-mod tħarsu, b’mod speċjali fil-waqtiet diffiċli u fiċ-ċirkustanzi tal-ikbar responsabiltà; agħmlu hekk f’dan il-waqt li fih l-Isqof ta’ Ruma irid jibqà magħkom bħala pellegrin, waqt li jitlob f’riġlejn Omm Alla f’ Luján, Santwarju tan-nazzjon Arġentin.
8. Waqt li nimmedita dwar il-misteru tal-elevazzjoni ta’ kull bniedem fi Kristu: ta’ kull ibnen u bint ta’ dan in-Nazzjon, ta kull iben u bint tal-umanità, intenni magħkom il-kliem ta’ Marija:
Ħwejjeġ kbar wettaq fina l-Ominipotenti (cf. Lq 1, 49) “li ismu hu qaddis. / minn ġenerazzjoni għal oħra il-ħniena tiegħu / tinfirex fuq dawk li jibżgħu minnu. / Wera l-qawwa ta’ driegħu / Iferrex lil dawk imkabbra fil-ħsibijiet ta’ qalbhom . . . / Għen lill-Iżrael, qaddej tiegħu, / billi ftakar fi ħnintu. / bħalma kien wiegħed lil missirijietna. / lil Abraham u lil niesu / għal dejjem” (Lq 1, 49-55).
Ulied tal-art Arġentina, li tinsabu miġburin f’dan is-Santwarju ta’ Luján! Iżżu ħajr lil Alla ta’ missirijietkom għall-elevazzjoni ta’ kull bniedem fi Kristu, Bin Alla!!
Minn dan il-post il-predeċessur tiegħi Piju XII emmen li jilħaq “il-qiegħ tar-ruħ tal-poplu kbir Arġentin” (Pio XII, Nuntius radiophonicus occasione oblata Primi Conventus Mariani Nationalis, die 12 oct. 1947), komplu ikbru fil-fidi u fl-imħabba għall-bniedem.
U int, Omma, ismà lil uliedek tan-nazzjon Arġentin, li jilqgħu bhala ndirizzat lilhom il-kliem ippronunzjat minn fuq is-salib: Hawn hu Ibnek! Hawn hi Ommok!
Fil-misteru tal-fidwa, Kristu stess afdana lilek, ilkoll u kull wieħed u waħda.
Fis-Santwarju ta’ Luján ġejna illum fl-ispirtu ta’ din il-kustodja. U jien – Isqof ta’ Ruma – niġi wkoll biex inxandar dan l-att ta’ offerta lilek ta’ kulħadd u ta’ kull wieħed u waħda .
B’mod speċjali nafdalek lil dawk kollha li, minħabba ġrajjiet riċenti, tilfu ħajjithom: nirrakkomandalek lill-erwieħ tagħhom għall-mistrieħ etern fil-Mulej. Nafdalek ugwalment lil dawk li tilfu saħħithom u jinsabu rikoverati fi sptar sabiex fil-prova tat-tbatija moħħhom iħossu msabbar.
Nirrakkomandalek il-familji kollha u n-Nazzjon. Jalla ilkoll jieħdu sehem f’din l-elevazzjoni tal-bniedem fi Kristu mxandra mil-liturġija tallum. Jalla jkunu jistgħu jgħixu l-milja tal-fidi, it-tama u l-karità bħala wlied addottivi tal-Missier Etern f’Bin Alla.
Jalla permezz tal-interċessjoni tiegħek, o Sultana tal-paċi, jinstabu t-toroq għas-soluzzjoni tal-kunflitt preżenti, fil-paċi, fil-ġustizzja u fir-rispett tad-dinjità propja ta’ kull nazzjon.
Ismà lil uliedek, urihom lil Ġesù, is-Sa;lvatur, bħala mixja, verità, ħajja u tama. Hekk ikun.
Miġjub għall-Malti minn Emanuel Zarb