VIŻTA PASTORALI F’ĠINEVRA
QUDDIESA FIL-PALAZZ TAL-ESPOŻIZZJONIJIET
OMELIJA TA’ ĠWANNI PAWLU II
Ġinevra
15 ta’ Ġunju 1982
1. Għeżież ħuti.
Wara l-laqgħat multipli u sinifikattivi, li din il-ġurnata tassew qasira f’Ginevra ppermettitli l jkolli, wara d-diversi diskorsi li bdilna, wara l-wegħdi ta’ kull tip li fformulajna skont l-għanijiet tal-petizzjonijiet eżaminati, kien xieraq li, fil-waqt li fih il-paċi tal-għaxija jiksi l-belt, niltaqgħu bejn il-kredenti, f’din il-laqgħa ma’ Kristu. Nisimgħu l-kliem imlissen f’isem Alla mill-Profeta Iżaija u minn ulied Alla, nidħlu aħna stess fil-patt li jimpenjana iktar minn kull wegħda, waqt li naqsmu l-Ġisem u d-Demm offruti għat-tiġdid tad-dinja kollha.
Bħal kull ċelebrazzjoni Ewkaristika, din li għandi l-pjaċir u l-grazzja li nippresiedi fostkom, hija fir-realtà t-twettiq tas-sagrifiċċju uniku tal-Mulej Ġesù tul iż-żmien u l-ispazju: ċelebrazzjoni li titwettaq f’punt tal-globu, imma li tirrepeti ruħha dejjem għall-benefiċċju tal-umanità kollha. Insara li ġejtu minn Ġinevra, imma wkoll minn reġġjuni oħra tal-Isvizzera, ejjew nagħrfu flimkien l-effetti misterjużi u straordinarji ta’ din l-Ewkaristija. Mill-bqija l-fatt li niċċelebrawha f’dan il-post tad-dinja jistà jgħinna biex nifhmu xi ħaġa mit-tifrix inviżibbli tal-offerta sagramentali tal-ħajja, il-mewt u l-qawmien mill-imwiet tal-Mulej. Ġinevra, fl-istess ħin għanja bi storja twila u limitata f’din il-pożizzjoni ġejografika, għandha vokazzjoni universali, minħabba l-fatt li hawn jinsabu stabbiliti organiżazzjonijiet internazzjonali li għandhom l-għan li jgħinu biex isolvu l-problemi kbar li dwarhom niddiskutu fl-epoka tagħna.
Illum il-Mulej – bħall-bieraħ, bħal dejjem – huwa dawl u ħajja għall-kredenti.
2. L-ewwel dawl li joħroġ minn din il-liturġija tal-kelma huwa li,hemmx reliġjon awtentika mingħajr tiftix ta’ ġustizzja fost il-bnedmin. Iżaija jħeġġeġ lill-kompatrrijoti tiegħu għall-konverżjoni, għat-tkomplija serja tal-ftehim li jikkostitwixxi l-patt bejn Alla u l-poplu tiegħu. Il-penitenza u s-sawm, bla dubju jesprimu din il-konverżjoni, imma biex ikunu veri, biex jilħqu lil Alla nviżibbli, hemm bżonn li jinkludu impenn ta’ ġustizzja lejn il-proxxmu viżibbli: “iwaqqgħu l-katini nġusti”, “iwarrbu l-azzjonijiet minaċċużi”, “ifarrku kull madmad”, “Jeħilsu lil min hu mgħaffeġ, jgħinu lil dak li m’għandux ħobż, linqas saqaf, linqas ħwejjeġ. Allura għalik li qiegħed tfittex is-sebħ tat-tama f’din id-dinja diffiċli, “id-dawl tiegħek ifeġġ bħal sebħ, il-qawwiet tiegħek b’mod mgħaġġel jerġgħu lura għandek, il-ġustizzja timmarċja quddiemek”.
3. Iżaija, u ferm iktar Ġesù, jippermettulna li nżidu: mhemmx ġustizzja mingħajr imħabba, mingħajr karità. Spiss aħna stess ma nintebħux li għabbejna lill-proxxmu tagħna bi ktajjen inġusti, madmad tqil, oppressjoni, kliem krudil, jekk mhux filwaqt li aħna stess inkunu parti minn sitwazzjoni nġusta. Imma dak li jiġi mistoqsi lilna kontinwament huwa: qatt ħrabt lil xi wieħed minn ħutek?
Qist bħala ħutek lil dawk li, qrib jew bogħod minn darek – ladarba llum id-distanzi jiġu mwarrba fis – jappertienu lill-popolazzjonijiet mġewħa, huma morda jew nieqsa minn kull iġjene, meqjusa bħala stranġieri jew ta’ parti differenti, fil-ħabs jew imgezza f’kamp? Dan jitlob li naraw fl-oħrajn, ikunu xi jkunu d-dwejjaq tagħhom, esseri li d-dinjità umana tagħhom hija simili għal tiegħek, dinjità ta’ wlied Alla. Dan jitlob li b’xi mod inqegħdu lilna nfusna f’posthom; biex nixtiequ magħhom ġest ta’ konsolazzjoni, ta’ għajnuna, ta’ sehem, ta’ fiduċja. Din hija l-imħabba: tixtieq lil ħaddieħor dak li tixtieq għalik innifsek (cf. Mt 7, 12).
Il-karità tassumi b’mod ċar il-ġustizzja, imma wieħed jistà jgħid ukoll li hija ssaalva l-ġustizzja u tippermettilha li tilħaq il-milja. U, jgħid Ġesù, dak biss li juri tali mħabba huwa dixxiplu tiegħu, huwa jħobb lill-istess Kristu li jidentifika ruħu f’din id-dinja mal-bniedem li huwa msejken u m’għandu xejn x’jibżà mill-ġudizzju tiegħu.
4. Barra minn dan nippreċiżaw: il-ġustizzja u l-karità mhuma xejn għajr riħ jekk ma jkunux segwiti minn azzjonijiet konkreti ma’ bnedmin konkreti.
Bla ebda dubju la Iżaija u linqas Ġesù ma elenkaw l-inġustizzji u d-dwejjaq kollha li jitolbu mħabba. Dawn għandhom eluf ta’ wċuh u s-soċjetajiet moderni tagħna joħolqu dejjem il-ġodda.
Fir-rigward ta’ dawk bla xogħol, tar-rifuġjati, tal-ittorturati, tal-innoċenti maħtufa, ta’ dawk li huma maħqura b’mod idejoloġiku eċċ. Imma jkun biżżejjed li nitkellmu dwar problemi. Huwa meħtieġ li naslu għal eżempji preċiżi u nsibu applikazzjoni preċiża. Ġesù jitkellem dwar min hu bil-ġuħ, min hu bil-għatx. Il-proxxmu għandu wiċċ uman.
5. Fl-aħħarnett din l-Ewkaristija tlluminana dwar l-oriġni tal-imħabba u tal-ġustizzja għalina l-kredenti.
Limħabba tiġi mhux biss mill-eżempju ta’ Kristu, imma mill-karità – “agape” – li tipproċedi mill-Missier, li turi ruħha fl-Iben, li tinfirex permezz tal-Ispirtu Santu. Alla huwa Mħabba. Tali hija l-fidi tagħna. Imma għaliex il-bnedmin għandhom aċċess għal din il-ġustizzja, jiġifieri għal din il-qdusija li tiġi minn Alla, u għal imħabbtu, kien meħtieġ li d-dnub, il-ħajt tal-kburija, tal-egoiżmu, tal-odju, dan ġie mirbuħ mis-Sagrifiċċju tal-Ġust, mill-imħabba tal-Iben. Il-Quddiesa tagħmilna parteċipi, fuq bażi sagramentali, f’din il-liberazzjoni. Hemm bżonn li aħna nduru lejn dan is-Sors. Hemm bżonn li nikkonvertu. Mhemmx reliġjon nisranija awtentika, mhemm ġustizzja linqas karità nisranija mingħajr din il-konverżjoni, li hija ksur mad-dnub, qbil mas-sagrifiċċju tiegħu, komunjoni ma’ Ġismu rregalat, ma’ Demmu mxerred.
U b’dan il-prezz l-insara jistgħu jakkwistaw id-dinamiżmu tal-Vanġelu biex jibnu dinja ġdida, biex jistgħu jsiru bħal ostensorji ta’ Alla, ta’ imħabbtu trinitarja permezz ta’ taqtigħat mhux vjolenti għas-saltna tal-ġustizzja.
6. Imma intom tgħiduli, kif tistà l-ispiritwalità ta’ din l-omelija tintrabat mal-problematika moderna, dik li niltaqgħu magħha fil-ħajja, fix-xogħol, b’mod speċjali f’Ġinevra fejn għandhom sedja tant organizzazzjonijiet internazzjonali? Intom la dubju għandkom l-impressjoni li tinsabu mgħaddsa fi problemi estremament diffiċli x’issolvu. Huma hekk numerużi, naqra naqra li l-mezzi ta’ komunikazzjoni u s-solidarjetà mkabbra jinvolvukom. Huma hekk vasti fuq skala mondjali; huma hekk kumplessi, mħawda, dipendenti fuq bosta fatturi li fuqhom għandkom ftit li xejn awtorità, mingħajr ma kultant tgħodd kemm-il darba r-rieda kattiva u l-ostakli li jagħmlu dawk li għandhom interessi differenti!
Kemm luċidità, kemm paċenzja u kemm tama hija meħtieġa li jkollkom!
Dawk, per eżempji li jaħdmu fl-istituzzjonijiet internazzjonali, li jelaboraw bla waqfien provedimenti ġuridiċi, konvenzjonijiet, petizzjonijiet, inizjattivi ddestinati biex itejbu l-klima mondjali forsi jintebħu li l-kontribut personali tagħhom għall-ġustizzja u għall-paċi jkompli jibqà limitat ħafna, jibqà tassew fraġli, indirett u mbiegħed, dement li huma ma jintervenux b’mod effikaċi fuq individwi jew gruppi preċiżi ta’ rifuġjati jew infeliċi oħra.
Il-ħsieb tiegħi imur għal dawk kollha li jaħdmu għall-paċi, id-diżarm u d-drittijiet tal-bniedem fil-Ġnus Magħquda, għall-ġustizzja soċjali fl-OIT, għas-saħħa fl-OMS, għar-rifuġjati fil-Kummissarjat Għoli, għall-vittmi tal-gwerra fis-Salib l-Aħmar, eċċ.
L-insara jagħmlu l-parti tagħhom mal-bnedmin kollha ta’ rieda tajba, u nġeddilhom l-inkuraġġiment tiegħi, b’mod speċjali lil dawk li llum ma stajtx inżur. Jalla huma jkollhom kuxjenza li jieħdu sehem fl-opra ta’ ġustizzja mitluba minn Kristu billi jħejju t-triq fuq livell mondjali. Huma jinsġu, fost tant ostakli, il-pjan ta’ dinja ġdida li l-fidi tagħna tittama, u li hija l-bidu, hawn fl-art, tas-salvazzjoni mwettqa kompletament fid-dinja l-oħra.
Ma ninsewx inqas lil dawk kollha preżenti għal din il-Quddiesa, ta’ Ġinevra, tal-Isvizzera u ta’ partijiet oħra, li jaħdmu fil-qasam tal-familja tagħhom, tal-impriżi tagħhom, tal-muniċipalità, ta’ pajjiżhom, tal-komunità nisranija tagħhom. Ħafna jgħixu hawn f’kundizzjonijiet komdi, iffavoriti miċ-ċirkustanzi u minn xogħlhom. Mar-rgħajja tagħhom, jistgħu faċilment jirriflettu dwar il-mod adegwat ta’ parteċipazzjoni, fid-dar jew fost in-nies, għall-progress tal-ġustizzja, għall-qsim mal-oħrajn, għall-għajnuna reċiproka rispettuża tad-dinjità tal-oħrajn, għall-ospitalità miftuħa b’mod wiesà.
7. Kif mela se nippożizzjonaw l-intervent tal-Knisja, tal-Maġisteru tagħha, f’dan il-kuntest? Bħal Iżaija, bħal Ġesù hija m’għandhiex intenzjoni li tagħmel diskors purament politiku. Bl-awtorità reliġjuża miruta minn għand il-Mulej, il-Knisja linqas ma għandha l-kompetenza biex tagħti soluzzjonijiet tekniċi lill-problemi tagħkom. Hija tħalli r-responsabiltà lil-lajċi nsara, li kapaċi jaħsbu fil-kuxjenza tagħhom nisranija, solidament iffurmata, id-deċiżjonijiet korrispondenti għall-bżonnijiet konkreti tagħkom.
Imma Ġesù, wara l-profeti, ġab messaġġ li ma jiqafx jinterroga l-irġiel u lin-nisa quddiem l-inegwaljanza, il-faqar, l-inġustizzji, quddiem il-konsegwenzi kollha tad-dnub. Iva, dan il-messaġġ, li jmur ‘il hemm mill-politika u s-soċjali, minkejja li għandu mpatt fuqhom, fih qawwa ta’ interrogazzjoni li tagħha d-dinja għandha bżonn. Permezz tagħha, huwa Alla li jsejjaħ l-esseri umani kollha li jemmnu u bnedmin ta’ rieda tajba biex miegħu jfittxu umanità tixbaħ lilu u xbiha tiegħu, umanità fraterna. Il-messaġġ tiegħu ma jridx jaqtgħalhom qalbhom fl-intenzjonijiet tajbin tagħhom. Huwa f’dan is-sens li hu jistedinhom ukoll biex jagħtu mportanza relattiva lill-proġetti proviżorji tagħhom, kif ukoll għall-istrutturi stabbli li huma sinċerament għamlu biex isolvu l-problemi tagħhom. Jiġifieri, jerġgħu jikkunsidrawhom bil-qies tal-ġustizzja u tal-imħabba sabiex iħassru l-inġustizzji u l-egoiżmi li kontinwament jinħolqu u jwieġbu aħjar għan-neċessitajiet il-ġodda.
8. Għeżież ħuti, jekk il-Knisja, jekk is-Sedja Apostolika, il-Papa jużaw dan il-lingwaġġ qawwi, jixtiequ fl-istess ħin li hu jkun milqugħ bħala lingwaġġ umli. Qabel xejn huma ma jridux jipproponu liġijiet oħra jew esiġenzi oħra morali jekk mhux dawk li jiġu mill-Vanġelu, li huma stess irċivew bla ma, min-naħa tagħhom, jistħoqqilhom. Barra minn dan, dak li l-Knisja twasslilkom mhuwiex ħaqq ta’ kundanna, skont il-mod ta’ Iżaija, imma nifs ġdid, fuq il-passi ta’ Kristu, imbuttatura li fiha l-Ispirtu Santu għandu l-parti tiegħu, tama, f’kelma waħda, kontribut pożittiv. U barra minn hekk hija taf sewwa li qiegħda twassal dan il-messaġg f’ġarra tal-fuħħar (cf. 2 Kor 4, 7).
Il-membri tagħha, il-membri kollha tagħha, inklużi dawk tal-ġerarkija għandhom kuxjenza li jieħdu sehem personalment fid-dgħufijiet, fil-limiti tal-bnedmin, dejjem midimbin u dejjem salvati; u jfittxu li jerħulha fuq mixja dejjem aħjar minkejja t-toqol u l-ġjufija li l-istorja tagħhom tistà tinvolvi. Imma d-dgħufija tagħhom personali ma tistax toskura l-messaġġ ta’ ġustizzja u mħabba li jiġi mingħand Alla.
Aħna nagħmlu tagħna l-atteġġjament tal-Verġni Marija, qawwija u umli fl-istess ħin, muri fil-jum tal-Viżitazzjoni fil-Magnificat. Bħalma fakkart quddiem il-ħaddiema f’Saint-Denis, fi Franza, il-ħaddiema – dawk kollha li jinsabu hawn jiena nqishom ħaddiema – “għandhom ikunu kapaċi li jissieltu b’mod nobbli għal kull forma ta’ ġustizzja. . . Id-disponibiltà li tidħol għal taqtigħa hekk nobbli, taqtigħa għall-ġid veru tal-bniedem fid-dimensjonijiet kollha tiegħu, tiġi mill-kliem li ppronunzjat Marija rigward Alla l-ħaj: “Huwa wera l-qawwa ta’ driegħu, / xerred lil dawk li huma mkabbra f’qalbhom: / niżżel is-setgħana minn fuq it-tron tagħhom, / o għolla liċ-ċkejknin”” (Ġwanni Pawlu II, Homilia in Missa celebrata in urbe Saint-Denis, die 31 maii 1980: Insegnamenti di Giovanni Paolo II, III, 1 [1980] 1562ss).
Quddiem Marija, quddiem Binha Ġesù li xandar dawn il-beatitudnijiet, aħna lkoll imissna nistaqsu lilna nfusna: “Għandna biżżejjed ġuħ u għatx tal-ġustizzja, tal-ġustizzja ta’ Alla?”.
Miġjub għall-Malti minn Emanuel Zarb