Gwerra ta’ elf sena

Print Friendly, PDF & Email

Ħsieb dwar il-qari mil L-Apokalissi ta’ San Ġwann – Quddiesa tal-Ġimgħa 25 ta’ Novembru 2022.

Kuntrarju għal kif ġiet interpretata din is-silta tal-Apokalissi għal żmien twi – hekk li raw il-perjodu ta’ elf sena bħala renju glorjuż ta’ Kristu fuq l-art bi preparazzjoni għall-battalja finali qabel tasal is-saltna t’Alla – illum il-biblisti jippreferu li jmorru għall-ħsieb ta’ San Pawl fl-ewwel ittra lill-Korintin.

Ir-renju ta’ Kristu beda bil-qawmien tiegħu mill-mewt u llum aħna qegħdin ngħixu fi żmien il-gwerra kontra l-forzi tal-Ħażin – skont l-Apokalissi ix-Xitan, Satana, li hu mirbuħ u (simbolikament) marbut bil-ktajjen. – Dan sakemm l-imħabba t’Alla tiġbor f’ċelebrazzjoni waħda il-ħajjin u l-mejtin. Id-dettal sabiħ f’din is-silta tistieden lil dawk li jemmnu biex jittamaw xorta waħda, ukoll jekk il-vjolenza tidher li qed taħkem fuq l-art.

Minn Joe Galea

%d bloggers like this: