Il-25 ta’ Novembru huwa Jum Internazzjonali Kontra l-Eliminazzjoni tal-Vjolenza Kontra n-Nisa. Dan ilu jiġi osservat mill-1981. Din id-data ntgħażlet biex tonora lis-sorijiet Mirabal, tliet attivisti politiċi mir-Repubblika Dominikana li nqatlu brutalment fl-1960 b’ordni tal-ħakkiem tal-pajjiż, Rafael Trujillo.
L-osservanza, li għandha l-għan li tgħin fil-prevenzjoni u l-eliminazzjoni tal-vjolenza kontra n-nies u l-bniet minn madwar id-dija, titlob għal azzjoni globali biex jiżdied l-għarfien, tippromwovi l-promozzjoni u toħloq opportunitajiet għal diskussjoni dwar sfidi u soluzzjonijiet.
Intant, l-istatistika tan-Nazzjonijiet Uniti turi li bħala medja, kull 11-il minuta tinqatel mara jew tifla minn xi ħadd fil-familja tagħha stess. Din iċ-ċifra kerha maħruġa mill-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Droga u l-Kriminalità, tgħid li l-qtil ta’ nisa u bniet minn dawk li normalment ikunu mistennija li jafdaw hija “waħda mill-aktar manifestazzjonijiet estremi ta’ vjolenza sessista”.
Din il-ġurnata hija maħsuba biex twassal il-vuċi tan-nisa u tikkundanna kull forma ta’ trawma imposta fuq in-nisa, mhux limitata għal abbuż domestiku u attakk sesswali.
Minn meta faqqgħet il-COVID-19, id-dejta u r-rapporti li ħarġu, urew li t-tipi kollha ta’ vjolenza fuq in-nisa u l-bniet, partikolarment il-vjolenza domestika, intensifikaw.
Il-Papa Franġisku, mill-bidu tal-pontifikat tiegħu, dejjem tkellem dwar l-importanza tar-rispett tan-nisa, u dejjem saħaqw li t-trattament ħażin fuq il-mara jew ġisimha huwa “dagħa kontra Alla” u jitlob għan-nisa kollha li jsofru sfruttament u vjolenza hekk kif jintużaw bħala ħaddiema tas-sess, dawk li huma traffikati, attakkati u stuprati fi gwerer u kunflitti, kif ukoll għall-vjolenza u d-diskriminazzjoni li jsofru f’ħafna xenarji oħra ta’ kuljum.
Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2022-11/international-day-violence-against-women-pope-francis-humanity.html