Il-biżgħat tal-ġuħ jolqtu lill-Afganistas hekk kif tasal ix-xitwa

Print Friendly, PDF & Email

Hekk kif dieħla x-xitwa, hemm biża’ li aktar minn 28 miljun ruħ fl-Afganistan se jkollhom bżonn għajnuna umanitarja. Ir-ritorn tat-Taliban għall-poter fl-Afganistan, is-sena l-oġra, segwit mit-tfixkil tal-assistenza finanzjarja internazzjonali, ħalla lill-pajjiż miżmum f’taqlib ekonomiku u dak umanitarju.

Proprju l-ġimgħa li għaddiet, in-Nazzjonijiet Uniti għamlet stampa skoraġġanti tal-kundizzjonijiet hemmhekk, u wissiet li dik li kienet sitwazzjoni umanitarja diġa’ ddisprata kienet se tmur għall-agħar għal miljuni ta’ nies hekk kif it-temperaturi jibdew jonqsu. Huwa stmat li sa minn 28 miljun ruħ – żewġ terzi tal-popolazzjoni kollha – se teħtieġ assistenza umanitarja, aktar minn 18-il miljun ruħ minn sentejn ilu.

B’kollox, reċentement ġie żvelat li n-numru ta’ tfal b’nutrizzjoni perikoluża li ddaħħlu fil-kliniċi tas-saħħa mobbli ta’ Save the Children fl-Afganistan żdied b’47% minn Jannar, b’xi trabi jmutu qabel irnexxielhom jirċievu xi trattament.

L-esperti kienu qed jittamaw li jaraw tnaqqis fil-livelli tal-ġuħ matul il-ħsad riċenti tas-sajf, iżda n-nixfa li għaddejja wasslet għal għelejjel (uċuħ tar-raba) u l-ħsad kienu ħafna iżgħar min-normal, u ġiegħel lil ħafna familji rurali jbigħu art u bhejjem biex jixtru l-ikel.

Skont Azzjoni Kontra l-Ġuħ, il-kunflitti jibqa’ l-mutur ewlieni tal-ġuħ madwar id-dinja. Il-gwerra fl-Ukrajna aggravat il-kriżijiet tal-ġuf fl-Afrika tal-Lvant u bnadi oħra minħabba l-prezzijiet tal-ikel u l-fertilizzanti li qed jogħlew. Id-diżastri klimatiċi, bħan-nixfiet u l-għargħar, huma wkoll mutur ewlieni tan-nuqqas ta’ sigurtà tal-ikel. Il-programm tal-Ikel Dinji jgħid li sa 49 miljun ruħ f’46 pajjiż qed jesperjenzaw kriżi severa u jistgħu jaqgħu fil-ġuħ sakemm ma jirċievux appoġġ immedjat li jsalva l-ħajja.

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/world/news/2022-11/afghanistan-cold-winder-humanitarian-aid-28-million-people.html

%d bloggers like this: