Patri Donat Spiteri: Qaddej tal-Kelma ta’ Alla

Il-Ġimgħa, 11 ta’ Novembru 2022 fl-Oratorju tal-Kon-Katidral ta’ San Ġwann fil-Belt Valletta saret it-tnedija tal-ktieb: Patri Donat Spiteri: Qaddej tal-Kelma ta’ Alla miktub minn Rev. Dr Martin Micallef. It-tnedija kienet organizzata mid-Dipartiment tal-Iskrittura, il-Lhudi u l-Grieg tal-Fakultà tat-Teoloġija fl-Università ta’ Malta, taħt il-patroċinju ta’ Mons. Arċisqof, Charles J. Scicluna.

Matul it-tnedija sar qari bil-Lhudi u bil-Grieg minn testi partikulari mill-Iskrittura u diskorsi dwar il-Bibbja, dwar l-istorja tal-Fakultà tat-Teoloġija f’Malta, kif ukoll dwar it-tqassim ta’ dan il-ktieb-bijografija ta’ P. Donat Spiteri miktub fl-okkażjoni tal-100 sena mit-twelid tiegħu. Mons. Arċisqof tkellem dwar P. Donat u l-pastorali biblika li wettaq flimkien mat-tagħlim tal-Iskrittura fl-Università ta’ Malta, legat li huwa ħalla fil-Knisja f’Malta.

Kite Group daħal għal din il-pubblikazzjoni magħmula minn aktar minn 600 paġna li tiġbor fiha l-ħajja u l-ħidmiet li wettaq P. Donat, il-kitbiet tiegħu, flimkien ma’ numru ta’ ritratti li jfakkru episodji diversi minn ħajtu.

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading