Ħsieb dwar il-qari mill-Apokalissi ta’ San Ġwann – Quddiesa tas-Sibt 26 ta’ Novembru 2022.
Fis-silta tal-lum mill-Apokalissi naraw li s-saltna t’Alla u tal-Ħaruf twassal li jfawwar l-ilma tal-ħajja. Il-Magħmudija tagħna għaddsitna f’din l-għajn tal-ilma fejn is-siġra tal-ħajja xejnet is-saħta li ngħatat mill-Ħażin.
Il-gidba oriġinali li firdet lill-bniedem minn Alla tiegħu issa nkixfet. Aħna ħielsa. Nistgħu nżommu weqfin, fil-verità. Il-wiċċ ta’ Alla jdawwalna, l-isem tiegħu ireġġagħna għat-tajjeb. Imbierka l-Knisja li tisma’ l-kelma tal-Iben t’Alla u tħarisha.
Minn Joe Galea