“Din il-gwerra (fl-Ukrajna) tnikkitni, ġġiegħlni nbati”, hekk qal il-Papa Franġisku huwa hu jindirizza grupp ta’ membri tas-Seminarju Rabinico Latino Americano bbażat f’Buenos Aires.
“Aħwa kontra aħwa. U mhux din il-gwerra biss. Tliet gwerer dinjija f’seklu wieħed: ‘1914-1918’, ‘1939-1945’, u issa din”.
Il-Ġimgħa filgħodu, l-Papa kellem lid-delegazzjoni tas-Seminario bbażat f’Buenos Aires, fejn irrifletta fuq il-fatt li “kieku ma jsirux armi għal sena, jintemm il-ġuħ fid-dinja”, għax spjega, “naħseb, hija l-akbar industrija”. L-Qdusija Tiegħu stqarr, li l-gwerer isiru, meta l-imperi jħossuhom dgħajfa: l-qtil tan-nies u l-użu tal-armi jġiegħelhom iħossuhom b’saħħithom. U nnota li l-industrija tal-armi hija msaħħa mill-ħtieġa li jsiru armi ġodda li jridu jiġu ttestjati wkoll.
“Inbati meta nara dawk id-drones għaddejjin madwar l-Ukrajna jiġu ttestjati. Li l-armi ġodda qed jiġu ttestjati għad-detriment tan-nies li qed imutu”.
Il-Papa indika wkoll il-promozzjoni ta’ “kultura ta’ umiltà” u kkwota lill-Profeta Ġeremija li oppona l-kultura ta’ moħqrija u stieden lill-insara jifhmu l-fidi tagħhom u biex jagħtu xhieda tal-fraternità. Filwaqt li rrifletta dwar kif ġieli jiġi kkritikat għall-attenzjoni frekwenti tiegħu fuq il-ġustizzja soċjali, l-Qdusija Tiegħu qal li jgħidulu: “Dan il-Papa, flok jitkellem dwar Alla, jitkellem fuq affarijiet soċjali”. Iżda l-Papa żied jgħid, li fil-Bibbja kollha, l-ġustizzja u l-fidi jmorru flimkien: “Fi kliem ieħor, qima u servizz, qima u solidarjetà”.
“Min jgħin biss u ma jadurax huwa ateu tajjeb, xejn aktar. Min jadura u ma jgħinx huwa ċiniku, giddieb”.
Għalhekk, qal il-Papa, rridu nistinkaw biex il-fidi tagħna twassal għall-opri tajba u li l-opri tagħna jwassluna għall-fidi: “huwa ċirku!”
Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2022-12/pope-seminario-rabinico-latinoamericano-war-arms-trade-justice.html
Il-Papa Franġisku: “L-ġuħ jista’ jinqered bil-flus li f’sena jintefqu fuq l-armi”