Il-Ħajja f’Għawdex, Diembru 2022, No 1043

Print Friendly, PDF & Email

Din l-edizzjoni fiha t-taħlita tas-soltu ta’ aħbarijiet kurrenti u djoċesani, storja, riċensjonijiet, riflessjonijiet spiritwali, bijografiji, poeżiji, kummentarji soċjali…

Fost l-oħrajn naqraw dwar il-fdalijiet arkeoloġiċi fix-Xewkija li jmorru lura għall-epoka Neolitika, wirja ta’ presepji Għawdxin f’Bergamo, l-iskoperta ta’ ġibjun kbir tal-ilma f’Ta’ Sannat, u l-fawna u l-flora tal-bajja tar-Ramla. Aħbar minnhom tiċċelebra l-premju mogħti lill-proġett tar-restawr taċ-Ċittadella fost 300 proġett iffinanzjati mill-UE. Mill-qasam kulturali, naqraw ukoll dwar is-suċċess tal-produzzjoni My Fair Lady fl-Oratorju Don Bosco, ir-rinnovament massiċċ tat-Teatru Astra, u wirja fuq Għawdex Medjevali. L-Editorjal jilmenta dwar l-‘emenda tal-abort’ u jwissi li din se ddaħħal l-abort f’Malta. La hu Diċembru, din l-edizzjoni tinkludi wkoll werrej bit-temi koperti matul l-aħħar sena u l-ħarġiet rispettivi, għodda importantissma għal min iħobb iqalleb u jfittex fir-rivista. Il-Ħajja f’Għawdex hi l-eqdem perjodiku li għadu joħroġ fil-gżira, stampat fuq karta ta’ kwalità u illustrat kollu bil-kulur.

Il-Ħajja f’Għawdex, December 2022, No 1043

This edition contains its usual mix of current affairs, history, diocesan news, reviews, spiritual reflections, biographies, poetry, social commentaries… We learn, inter alia, about the archaeological remains in Xewkija that date back to the Neolithic era, an exhibition of Gozitan cribs in Bergamo, the discovery of a huge underground water reservoir in Ta’ Sannat, and the fauna and flora of Ramla Bay. One article celebrates the award of the best among 300 EU-funded projects to the Cittadella restoration project. On the cultural front, we also read about a successful run of My Fair Lady at the Don Bosco Oratory, the massive renovation of the Teatru Astra, and an exhibiton on medieval Gozo. The Editorial laments the ‘abortion amendment’ and warns that potentially it will actually introduce abortion in Malta. Being December, this edition also includes an index listing the topics covered over the year with their respective dates, a priceless feature for its aficionados. Il-Ħajja f’Għawdex is the oldest extant periodical on the island, printed on quality paper and illustrated in full colour.

%d bloggers like this: