Il-Papa Franġisku jibki t-telfa tal-vittmi tal-ħabta tal-ajruplan fin-Nepal.

Print Friendly, PDF & Email

Il-Papa Franġisku esprima l-kondoljanzi tiegħu għall-mewt ta’ mill-inqas 70 persuna li mietu traġikament il-Ħadd f’ħabta ta’ ajruplan fin-nazzjon tan-Nepal, fl-Asja ta’ Isfel. F’telegramma ffirmata mill-Kardinal Pietro Parolin, Segretarju tal-Istat, u mibgħuta it-Tnejn lill-President tan-Nepal, Bidya Devi Bhandri, l-Papa ngħaqad f’luttu għal dawk li tilfu ħajjithom.

Il-Ħadd filgħodu, l-ajruplan ATR72 ta’ Yeti Airlines minn Kathmandu ġġarraf hekk kif kien riesaq lejn l-ajruport il-ġdid, li kien qed jaqdi l-belt turistika ta’ Pokhara fit-Tramuntana tan-Nepal. Dan jimmarka l-aktar inċident fatali tal-ajruplan tan-nazzjon tal-Ħimalaja fi tliet deċennji. Skont kelliem tal-Yeti Airlines, kien hemm abbord erba’ membri tal-ekwipaġġ, u diversi ċittadini barranin fost il-passiġġieri. Il-barranin kienu jinkludu ħames Indjani, erba’ Russi, żewġ Koreani t’Isfel, u persuna waħda mill-Irlanda, l-Awstralja, l-Arġentina u Franza.

Fit-telegramma tiegħu, l-Papa Franġisku assigura lin-nies tan-Nepal bit-talb tiegħu għal dawk milquta u nvoluti fl-isforzi ta’ rkupru, u feda l-erwieħ tal-mejtin għall-ħniena ta’ Alla li Jista’ Kollox. Il-Papa temm billi nvoka l-barkiet divini ta’ fejqan u paċi fuq dawk li qegħdin jibku t-telfa tal-għeżież tagħhom.

Skont Reuters, xhud li rreġistra filmati tal-inżul tal-ajruplan fl-ajruport il-ġdid qal li kien jidher li kien nieżel normali sakemm l-ajruplan f’daqqa waħda dawwar lejn ix-xellug. Il-membri tas-salvataġġ għadhom qed ifittxu l-fdalijiet ta’ tlett persun li għadhom neqsin, u li hu maħsub li huma x’aktarx mejta, u li huma mxerrda ‘l isfel minn wied dejjaq ta’ 300 metru. Nhar it-Tnejn, it-timijiet tat-tiftix irkupraw id-dejta tat-titjira u r-reġistraturi tal-vuċi tal-pilota tal-ajruplan tal-passiġġieri.

Fin-Nepal hemm tmienja mill-14-il muntanja l-iktar għolja fid-dinja, fosthom il-Muntanja Everest. Il-belt ta’ Pokhara hija popolari mat-turisti bħala destinazzjoni għal-hiking tracking ta’ Cirkwit ta’ Annapurna.   

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2023-01/pope-mourns-those-killed-in-senegal-road-accident1.html

%d bloggers like this: