Fil-Kappella Brancacci, fil-knisja ta’ Santa Marija tal-Karmnu, Firenze, hemm pittura interessanti ta’ San Pawl qed iżur lil San Pietru meta dan kien fil-ħabs f’Ruma. Hi pittura ta’ Filippino Lippi, li għex bejn l-1457 sal-1504.

Minn wara l-ħadid tal-ħabs, b’wiċċ ta’ niket, Pietru jisma’ l-istedina ta’ Pawlu, bl-elokwenza ta’ kliemu u tal-ġesti tiegħu. Pawlu bħal qed jgħid lil Pietru biex ma jibżax imur għall-martirju għall-fedeltà tiegħu lejn Kristu. Se jmur lejn martirju aħrax imma fejn Kristu qed jistennieh. Pawlu wkoll, min-naħa tiegħu u b’mod ieħor, se jagħti l-istess xhieda għal Kristu.
Għaż-żewġ appostli, il-ħadid tal-ħabs mhumiex ilqugħ li jifred imma huma element li jgħaqqadhom f’qalb waħda fi Kristu.