Il-Papa jitlob għall-migranti huwa u jsellem lill-ġurnalisti fuq l-ajruplan lejn RDC

Print Friendly, PDF & Email

Hekk kif kienu għaddejjin minn fuq is-Saħara, fil-bidu tal-40 Vjaġġ Appostoliku barra mill-Italja, l-Papa Franġisku talab biex tingħad talba għan-nies li mietu huma u jippruvaw jaqsmu d-deżert u l-Baħar Mediterran. Il-Papa għamel din it-talba t-Tliet filgħodu waqt li kien abbord l-ajruplan papali huwa u sejjer għar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK).

Hekk kif offra kliem ta’ gratitudni lill-aktar minn 70 ġurnalist fuq it-titjira, li ġejjin minn 12-il pajjiż, il-Papa qal: “Ejjew nitolbu għal dawk in-nies”. Filwaqt li esprima gratitudni li seta’ jagħmel dan il-Vjaġġ Appostoliku tant mixtieq lejn ir-RDK u s-Sudan t’Isfel, il-Papa esprima wkoll id-diżappunt li ma jistax iżur il-belt Kongoliża ta’ Goma minħabba l-vjolenza fl-inħawi.

B’konformità mat-tradizzjoni, l-Papa sellem b’tislima qasira lil kull ġurnalist, hekk kif dawn telgħu jsellmulu abbord it-titjira. L-Papa rringrazzja lill-istampa għall-ħidma tagħhom, li tippermetti liż-żjara tilħaq lin-nies minn madwar id-dinja.

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2023-01/pope-prays-for-migrants-while-greeting-papal-flight-journalists.html

%d bloggers like this: