Uffiċjal tan-Nazzjonijiet Uniti qal li 5.3 miljun ruħ fis-Sirja spiċċaw bla dar minħabba t-terremot devastanti tat-Tnejn. Sivanka Dhanapala, rappreżentant tal-UNHCR fis-Sirja, jikkalkulha li 5.37 miljun ruħ ġew milquta mit-terremot u li se jkollhom bżonn għajnuna ta’ kenn fis-Sirja kollha. Dan in-numru kbir iwassal għal popolazzjoni li diġa’ qed tbati minħabba li spostament tal-massa minħabba l-gwerra ċivili.
Kif inhi s-sitwazzjoni, l-UNHCR qed tiffoka fuq il-provvista ta’ kenn u oġġetti ta’ għajnuna biex tiżgura liċ-ċentri għall-persuni li kellhom jiċċaqalqu, jkollhom faċilitajiet adegwati, bħal tined, folji tal-plastik, kutri li jsaħnu, saqqijiet għall-irqad u ħwejjeġ tax-xitwa.
Stéphane Dujarric, kelliem għas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, iddeskriviet bħala “terremot ta’ kważi darba f’ħajja li ilu f’kunflitt għal 12-il sena”. “Ħafna mill-infrastruttra ġew meqruda jew bil-ħsara, li jinkludi toroq u pontijiet”, żiedet tgħid.
Aktar minn 24,000 persuna issa huma magħrufa li mietu fid-diżastru u madwar 121,000 membri tas-salvataġġ huma involuti f’operazzjonijiet ta’ salvataġġ u għajnuna. Ix-xogħol tagħhom ġie enfasizzat minn sensiela ta’ salvataġġi mirakolużi li pprovdew mumenti ta’ ferħ fost il-qtugħ il-qalb ta’ dak li ġara.
Fil-provinċja Torka ta’ Hatay, pereżempju, sitt membri tal-istess familja ġew salvati wara li qattgħu 101 siegħa midfuna taħt muntanja ta’ terrapien. Mhux ħafna ‘l bogħod, l-ekwipaġġi tas-salvataġġ qalqgħu minn taħt il-bini mfarrak, tifel ta’ 10 ijiem u lil ommu.
Sadanittant, ir-radju ta’ Damasku kien ikkwotat jgħid li l-gvern ta’ Assad issa ta’ permess biex l-għajnuna internazzjonali tintbagħat lill-vittmi tat-terremoti f’żoni miżmuma mir-ribelli bejn il-linji tal-gvern. Fl-istess ħin, id-Dipartiment tat-Teżor tal-Istati Uniti ħareġ liċenzja ġenerali biex tawtorizza sforzi ta’ għajnuna mit-terremoti sabiex dawk li jipprovdu assistenza jkunu jistgħu jiffokaw fuq dak li hu meħtieġ l-aktar: is-salvataġġ ta’ ħajjiet u l-bini mill-ġdid.
Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/world/news/2023-02/earthquake-syria-humanitarian-disaster-millions-homeless-un.html
It-terremot iħalli miljuni bla dar fis-Sirja.