Il-Papa jħeġġeġ għat-talb u solidarjetà għall-vittmi tat-terremot fit-Turkija u s-Sirja

Print Friendly, PDF & Email

“Inkomplu nkunu qrib, b’talb u appoġġ konkret, għall-vittmi tat-terremot fis-Sirja u t-Turkija.”

Dan kien il-kliem tal-Papa Franġisku, waqt id-diskors tal-Angelus tal-Ħadd, fi Pjazza San Pietru, fejn ġedded l-appell tiegħu għal atti konkreti ta’ solidarjetà u talb għan-nies li ntlaqtu mit-terremot fit-Turkija u s-Sirja. Din is-sejħa waslet hekk kif in-numru ta’ mwiet mit-terremoti fit-Turkija u l-Majjistral tas-Sirja qabeż id-29,000 fost sforzi kontinwi ta’ salvataġġ.

Timijiet speċjalizzati ta’ tiftix u salvataġġ minn madwar id-dinja ngħaqdu fl-inħawi milquta u kważi ġimgħa wara t-terremot qed ikomplu joħorġu stejjer ta’ salvataġġ straordinarju,. Iżda l-aġenziji umanitarji qed iwissu dwar “it-tieni diżastru” hekk kif għexieren ta’ nies li spiċċaw bla dar, huma fi ġlieda biex jgħixu, minħabba l-kesħa.

Il-Papa Franġisku qal li ilu jara xeni katastrofiċi u wġigħ tan-nies, u talab lill-bnedmin ta’ rieda tajba biex jitolbu għalihom.

“Ejjew ma ninsewhomx, ejjew nitolbu u naħsbu x’nistgħu nagħmlu għalihom.”

Il-Qdusija Tiegħu ġedded ukoll is-sejħa tiegħu biex ma ninsewx l-Ukrajna mifnija bil-gwerra.

“Jalla l-Mulej jiftaħ mogħdijiet ta’ paċi u jagħti l-kuraġġ lil dawk responsabbli biex jgħaddu minnhom.”

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2023-02/pope-appeal-angelus-prayers-solidarity-syria-turkey-ukraine.html

%d bloggers like this: