Il-Ħajja f’Għawdex, April 2023

Print Friendly, PDF & Email

Nru No 1047.

Ir-Rivista Il-Ħajja f’Għawdex fil-ħarġa ta’ April tagħti ħarsa lejn bosta attivitajiet kulturali li issa bdew jimlew il-kalendarju tar-rebbiegħa li ftit ftit iqarribna lejn l-istaġun aktar sħun tas-sajf, kif tfakkarna x-xemx fil-qoxra. Suġġett ittrattat b’mod metikoluż hu dak dwar il-friefet Għawdxin f’artiklu illustrat li jagħti ħarsa analitika lejn il-preżenza ta’ dan l-insett fil-gżira. Is-Santwarju tal-Madonna tal-Grazzja, magħruf bħala tal-Kapuċċini, u l-pellegrinaġġi lejh fi żmien nuqqas ta’ xita, huma s-suġġett ta’ artiklu ieħor. Naqraw ukoll fuq kif id-deni rqiq affettwa r-raħħala Għawdxin ta’ seklu ilu.

%d bloggers like this: