Il-Vanġelu tal-lum jagħtina direzzjoni!

Print Friendly, PDF & Email

Minn Daniel Borg

“Jiena hu t-triq, il-verità u l-ħajja”. Il-Vanġelu tal-lum (Ġw 14, 1-12) jagħtina direzzjoni! Dan huwa l-aħħar diskors ta’ Ġesu’ qabel il-mewt tiegħu. Jgħidilna fejn irridu mmorru u kif. Imma fuq kollox jgħidilna biex ma nibżgħux. Ġesu jara l-biża’ tal-abbandun fl-appostli tiegħu. Imma Ġesu ma jabbandunaniex! Hu jħejjilna t-triq għad-destinazzjoni tagħna: id-dar tal-Missier.

Papa Franġisku jgħidilna li meta nħossuna mitlufin, falluti jew għajjenin ma rridux ninsew fejn irridu naslu. Ċertu domani bħal ‘Fejn sejrin?’ ‘Lejn fejn aħna mexjin?’ ‘X’inhu l-iskop li għalih qegħdin ngħixu?’ huma mportanti. Jekk ma nagħmluhomx nirriskjaw li ngħixu biss il-preżent, u jkollna ħajja mingħajr skop.

Xi kultant meta l-problemi tagħna huma kbar u nħossu li l-ħażin huwa aqwa, ħafna drabi nistaqsu: Xi triq irridu naqbdu? Imma hawnhekk tidħol ir-risposta’ ta’ Ġesu: “Jiena hu t-triq, il-verità u l-ħajja”. Li nimxu wara Ġesu jfisser li nimitawh b’azzjonijiet ta’ mħabba u ħniena lejn l-oħrajn. Ejjew ngħixu l-preżent imma ma ninsewx id-destinazzjoni finali tagħna!

(Papa Franġisku 07/05/23)

Hawnhekk tista ssib il-post fuq facebook: https://www.facebook.com/daniel.borg.75/posts/pfbid0surtgi3dWYFTM3zSCGsPhYLX3PMXd9QftXoBLLKPxX2kv9bvtRVSbk56D2tmEC4Hl

%d bloggers like this: