Il-Ħolqien ta’ Struttura u Ġerarkija – 1 (22)

Mill-istorja tal-Knisja Nisranija. Kitba ta’ Joe Galea.

Il-kwestjoni ta’ tmexxija hija mportanti f’kull organizzazjoni. Fil-kas tal-knisja sa’ mill-bidu nħass il-bżonn li jkun hemm min imexxi sabiex iżomm id-direzzjoni t-tajba f’dak li hu spirtu u tagħlim. Nistgħu ngħidu li kien Kristu stess li ried li jkollha ġerarkija li tmexxi, meta għażel tnax il-appostlu sabiex fuqhom jibni l-Knisja tiegħu.

Iżda wieħed jeħtieġ li jifhem bħal kull ħaġa oħra l-istruttura ġerarkika tal-knisja kellha l-iżvilupp tagħha, minħabba l-bżonnijiet u ċirkustanzi partikulari li l-Knisja kellha tiffaċċja matul is-snin. F’din il-lezzjoni ser naraw kif l-organizzazjoni u t-tmexxija tal-knisja evolvew matul l-ewwel tlett sekli.tanzi partikulari li l-Knisja kellha tiffaċċja matul is-snin. F’din il-lezzjoni ser naraw kif l-organizzazjoni u t-tmexxija tal-knisja evolvew matul l-ewwel tlett sekli.

L-Appostli madwar San Pietru

L-ewwel żminijiet

Kif rajna fl-ewwel l-lezzjonijiet, il-knisja f’Ġerusalemm kienet komunità żgħira ta’ Lhud li għarfu lil Kristu bħala l-Messija u li allura kienu jduru madwar l-appostli bħala dawk li kienu l-aktar qrib tiegħu. L-ewwel mudell ta’ tmexxija kien ibbażat fuq dak li wieħed kien isib fis-sinagogi tal-Lhud b’importanza tingħata lix-xjuħ. Żgur li Pietru kien il-mexxej u l-kumplament tal-appostli kellhom il-funzjoni ta’ missirijiet spiritwali. L-istess awtur isemmi li l-ġerarkija kienet maqsuma fi tlett sezzjonijiet:

Il-Knisja Kattolika bikrija (1-3 sekli) stabbiliet ġerarkija fuq tliet binarji – Isqfijiet, Saċerdoti u djakni, biex tassigura unità strutturali u konsistenza dottrinali. L-Isqfijiet qdew bħala s-suċċessuri tal-Appostli, is-Saċerdoti (l-Anzjani) mexxew il-komunitajiet taħt l-Isqfijiet, u d-djakni assistew bil-karita’ u fl-amministrazzjoni.

Nistgħu niġbru l-ħidma ta’ dawn it-3 kategoriji hekk:

  • L-Episkopat (L-Isqfijiet) kienu l-ogħla livell, iservu bħala mexxejja tal-Knejjes lokali.
  • Il-Presbiterjat (Is-Saċerdoti servew fil-parroċċi taħt l-awtorita tal-Isqof, u amministraw is-sagramenti.
  • Id-Djakonat (Djakni) kien l-inqas fil-ġerarkija, iffukat ufq il-qadi, il-karita’ u jgħin fil-Liturġija.

Għall-bidu, l-awtorità fuq kollox kienet f’idejn it-tnax l-Appostli, li wara għaddiet għand l-Isqfijiet ordinati. 

L-istruttura tal-Knisja tal-bidu kienet diġa’ attrezzata tajjeb fi żmien San Injazju lill-Filadelfi kif kiteb fl-ewwel Epistola tiegħu, kif evolviet minn mudell lokali, kariżmatiku, għal sistema strutturta episkopali. Filwaqt li xi elementi ta’ tmexxija żviluppaw maż-żmien,  din is-sistema fuq tliet saqajn kienet stabbilita sew. 

Hekk kif il-Knisja bdiet tinfirex

Minn Ġerusalemm il-Knisja infirxet f’bosta direzzjonijiet. Dan kien ifiser li jekk il-knisja riedet tibqa’ sħiħa, kien hemm bżonn li jkollha tmexxija organizzata. Fil-knejjes li San Pawl waqqaf fost il-Ġentili, naraw li min-naħa kien hemm enfasi fuq doni u kariżmi li kellhom jipprovdu direzzjoni lil dawn il-komunitajiet, iżda min naħa l-oħra beda jidher il-bżonn tal-ordni, ta’ min seta’ jżomm il-komunità fid-direzzjoni t-tajba.

Għalhekk naraw nies bħal Titu u Timotju, imsejħin Isqof mill-istess San Pawl sabiex jipprovdu tmexxija. Fl-istess waqt il-Konċilju ta’ Ġerusalemm juri l-importanza tal-Appostli bħala mexxejja u r-rwol ċentrali ta’ Pietru bħala kap. Dan fisser li sa mill-bidu wieħed kien jara forma ġerarkika fit-tmexxija tal-knisja.

Nistgħu ngħidu li għal ħabta tas-sena 100, il-knisja kellha struttura ta’ tmexxija li għenet sabiex hija żomm sħiħa minkejja l-inkwiet li nqala’ mill-ereżiji u persekuzzjonijiet.

Fit-Tieni u t-Tielet Seklu

Ried ikun hemm l-ordni u d-dixxiplina, u dan ħtieġ li l-knisja tkun organizzata. L-inċertezza li l-firxa tal-ereżiji, speċjalment l-Injostiċi, ħolqot, kif ukoll il-bżonn li jkun hemm ċertu konformità bħal ma rajna fil-każ tad-data tal-Għid, saħħu l-bżonn ta’ ġerarkija soda.

(L-Injostiċi kienu varjetà ta’ movimenti li nibtu u xterdu mit-2 seklu, li spiss ippreżentaw ruħhom bħala Nsara u qiegħdu fiċ-ċentru l-idea ta’ konoxxenza (gnosi) li ssalva. B’mod ġenerali sostnew li s-salvazzjoni tiddependi minn konoxxenza spiritwali speċjali, riservata għal xi wħud. Għallmu li hawn dinja negattiva li hi inferjuri għal dak li hu divin. Dwar l-Inkarnazzjoni, daħħlu l-idea li Ġesu ma kellux ġisem uman veru, imma li kien ‘qisu’ uman.

Fl-Injostiċiżmu niltaqgħu mat-terminu ‘demiurgo’. Dan hu poter ta’ livell inqas minn Alla. Skont l-Injostiċi, Id-demiurgo bena d-dinja u hu b’kuntrast ma Alla suprem, li hu ogħla minnu. F’xi rakkonti, id-demiurgo hu deskritt bħala inqas intelliġenti u wkoll oppost għal Alla ogħla minnu.)

Fl-istess waqt Ruma sew minħabba r-rabta li kellha ma’ San Pietru l-ewwel kap tal-Knisja, sew minħabba li kienet il-post fejn ħa l-martiju San Pawl, kif ukoll għaliex kienet il-kapitali tal-Imperu bdiet teżerċita aktar awtorità mill-Knejjes l-oħra.

Nistgħu ngħidu li l-knejjes kollha kienu jaraw il-bżonn li jkunu f’għaqda ma’ Ruma u jirrikonoxxu l-awtorita’ tagħha, għalkemm tajjeb li nifhmu li f’dan iż-żmien il-persuna u l-figura tal-Papa ma kenitx daqshekk ċentrali fost l-Insara Kattoliċi bħalma hi llum.

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading