Nhar is-Sibt, Matteo Bruno, d-Direttur tal-Uffiċċju Stampa tas-Santa Sede, ħareġ bl-aħbar li “mill-31 ta’ Awwissu sal-4 ta’ Settembru ta’ din is-sena, l-Papa Franġisku se jagħmel Vjaġġ Appostoliku lejn il-Mongolja”. Is-sur Bruno qal, li l-Papa aċċetta l-istedina tal-President tal-Mongolja u tal-awtoritajiet ekkleżjali tal-pajjiż.
Waqt li kien qed jitkellem mal-ġurnalisti, fil-vjaġġ lura lejn Ruma mill-Vjaġġ Appostoliku tiegħu fl-Ungerija, l-Qdusija Tiegħu kien esprima l-pjan tiegħu li fil-futur qarib iżur il-Mongolja.
Qabel ma jivvjaġġa lejn in-nazzjoni tal-Asja tal-Lvant, li tmiss mar-Russja, ċ-Ċina u l-Każakstan, il-Papa se jżur il-Portugal għall-okkażjoni tal-Jum Dinji taż-Żgħażagħ, fejn se jqatta’ l-parti l-kbira tal-ħin fil-kapitali tan-nazzjon, Lisbona, u se jagħmel ukoll it-tieni żjara tiegħu ġewwa Fatima.
Fl-aħħar konċistorju, f’Awwissu 2022, il-Papa Franġisku għamel lill-Kardinal Giorgio Marengo, l-Prefett Appostoliku tal-kapitali tal-Mongolja ta’ Ulaanbaatar, l-ewwel Kardinal tal-pajjiż. Fil-Mongolja kollha, hemm inqas minn 1,500 Kattoliku. L-Papa Franġisku se jkun l-ewwel kap tal-Knisja Kattolika li se jżur il-pajjiż tal-Asja tal-Lvant.
Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2023-06/pope-francis-to-make-apostolic-journey-to-mongolia.html
Il-Papa Franġisku se jagħmel Vjaġġ Appostoliku lejn il-Mongolia