La tibżgħux

Minn Daniel Borg

Iil-Vanġelu tal-lum (Mt 10, 26-33) Ġesu jgħidilna tlett darbiet biex ma nibżgħux! It-tħabbira tas-saltna ta’ Alla huwa messaġġ ta’ paċi u ġustizzja, mibni fuq il-karita’ u l-maħfra. Madanakollu dan isib oppożizzjoni, vjolenza u persekuzzjonijiet. Fl-Angelus il-Papa jgħidilna biex ma nibżgħux mhux għax fid-dinja se jmur kollox tajjeb, imma għax quddiem il-Missier aħna lkoll prezzjużi u dak li nagħmlu tajjeb, xejn ma hu se jmur mitluf!

Ma rridux inħallu l-biża twaqqafna. Il-Papa jgħidilna li ma rridux nibżgħu li ma jifhmuniex, jew li nitilfu il-prestiġġju jew vantaġġi ekonomiċi minħabba l-Vanġelu. Pjuttost irridu nibżgħu li nitilfu ħajjitna niġru wara affarijiet li ma jiswew xejn, u li ma jagħtux sens lil ħajjitna. Illum huwa faċli li jiddieħqu bina jew jiddiskriminawna jekk ma nsegwux ċertu mudelli li sfortunatament jagħtu mportanza lill-oġġetti u mhux lill-persuni, lis-suċċess fuq ir-relazzjonijiet.

(Papa Franġisku, 25/06/2023)

Tista’ tara l-post fuq facebook hawnhekk: https://www.facebook.com/daniel.borg.75/posts/pfbid02kQsW6rZWdcZ2skaykEMPpfZk3rW3b1SF6u1g5RQVeLnUtCZZquai5qZGSfVAbMJl

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading