Imut l-Isqof Emeritu Paul Darmanin O.F.M. Cap.

Tħabbret il-mewt tal-Isqof Emeritu Mons. Paul Darmanin O.F.M. Cap., li miet matul il-lejl li għadda, fl-età ta’ 82 sena.

Fl-1984, Mons. Darmanin inħatar bħala l-ewwel Isqof tad-Djoċesi ta’ Garissa fil-Kenja. Huwa dam imexxi din id-djoċesi sal-2015. Wara, irtira hawn Malta u kien jgħix fil-Kunvent tal-Franġiskani Kapuċċini fil-Furjana.

Sors: www.knisja.mt

Ritratt: www.knisja.mt/ritratti

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?