Il-Papa Franġisku fil-Jum Dinji taż-Żgħażagħ fil-Portugall
Fit-tmiem tal-ħames jum f’Lisbona, kien l-aktar jum sħun fil-Jum Dinji taż-Żgħażagħ, iżda fil-Parque Tejo, l-pellegrini u l-voluntiera għamlu dak kollu li setgħu biex jibqgħu friski u ma jispiċċawx deidrati. Ir-riħ għen, filwaqt li t-tined u l-umbrelel improvizzati żammew ix-xemx minn fuq il-ġilda tal-pellegrini.

Aktar ma għadda l-ħin, aktar l-arja kesħet u x-xemx tbaxxiet. Grupp ta’ pellegrini mill-Ġamajka qasmu l-istorja tal-vjaġġ tagħhom ta’ jumejn u tal-eċċitament tagħhom għal dawk li deskrivew bħala “sleepover kbir”. Il-pellegrini ġew b’saqqijiet, sleeping bags, mħadded u ħwejjed sħan, bit-tama li t-temperaturi jinżlu bil-lejl.
F’kamra tal-istampa ppakkjata, l-ġurnalisti wkoll qasmu l-istejjer tagħhom: “Idejquni l-folol, imma hawn xi ħaġa differenti hawn,” qal ġurnalist Franċiż. “Qisu raħal żgħir. Meta kont għaddej, iltqajt ma’ tliet persuni differenti li naf, pellegrini, kollha minn pajjiżi differenti.” Huwa stqar li huwa mistħi, imma nfetaħ għall-oħrajn.
F’daqqa waħda, l-pellegrini qabżu lkoll, fuq l-iskrins kbar, dehret il-wasla tal-Papa Franġisku. Kulħadd qabad il-kameras u ħarġu ‘l barra. L-ħoss tal-pellegrini eċċitati wera li l-Papa hu fil-qrib li jitla’ fuq il-palk.
Il-folla siktet, u hekk kif fis-sema madwar il-palk abjad u b’forma ta’ mewġ jiskura, deher l-kurċifiss kbir fin-nofs jixgħel. Għaddew żewġ ajruplani tal-gwerra Portugiżi jtiru fuq il-folla biex jilqgħu lill-Papa, żeffiena kontemporanji bl-ilbies blu mlew il-palk u bdiet l-ewwel xhieda.
Smajna lil Matos, żgħażugħ ta’ 33 sena mill-Portugal, li rriskja ħajtu meta kważi raqad huwa u jsuq u mbagħad iddeċieda li jsir saċerdot. Imbagħad reġa’ beda ż-żfin, qabel ma smajna x-xhieda ta’ Marta, żagħżugħa ta’ 18-il sena mill-Możambik. Iż-żona tagħha fit-Tramuntana tal-pajjiż kienet fil-qalba tal-vjolenza ta’ gruppi estremisti. Wara l-mewt missierha, hi u t-tliet ħutha ġew sfurzati jaħarbu darbtejn fil-foresta f’sitt xhur, iżda “qatt ma tlifna l-fidi tagħna”, qalet.
Mill-għajnejn ta’ xi pellegrini beda nieżel id-dmugħ, akkumpanjat minn żifna, b’mużika addatata għal dak li kien għadu kif intqal, kemxejn tad-dwejjaq u melankonika, li jfakkar f’dinja li fiha jixtiequ li dawn it-testimonjanzi ma jkollhomx għalfejn iktar jingħadu. Il-pellegrini ġew mitlub, permezz ta’ test fuq l-iskrins, biex ipoġġu idejhom fuq l-ispalla tal-ieħor, u f’daqqa waħda 1.5 milju ruħ ġew kollha konnessi flimkien.
Imbagħad, il-Papa Franġisku beda jitkellem, ifakkar lill-pellegrini fid-dmir tagħhom lejn xulxin. “L-unika darba li għandek tħares ‘l isfel lejn xi ħadd huwa meta tkun qed tgħinu jqum,” qal, f’rimarki estensivi mhux minn fuq l-iskritt miktub. Il-Qdusija Tiegħu tkellem dwar li nkunu kostanti u konsistenti, li qatt ma naqtgħu qalbna u li nqumu meta naqgħu. “M’hemm l-ebda lezzjoni biex titgħallem kif tgħaddi mill-ħajja,” qal. Nitgħallmu permezz tal-prattika. “La tibżgħux”, temm jgħid, billi kkwota waħda mill-ewwel frażijiet li kien uża l-Papa San Ġwanni Pawlu II fil-bidu tal-pontifikat tiegħu.
Kien b’dan il-kliem li l-pellegrini, wara li aduraw lil Ġesù fl-Ewkaristija, intemmet il-velja. Kliem ta’ serħan, u fl-aqwa tal-kumpanija.
Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/church/news/2023-08/pope-francis-lisbon-wyd-vigil-day-five-correspondent-merlo.html