Ġewwa Fatima, l-Papa Franġisku ‘b’sogħba’ jitlob għall-paċi.

Nhar is-Sibt, wara r-reċita tar-Rużarju mmexxi mill-Papa Franġisku fis-Santwarju tal-Madonna ta’ Fatima, l-account X tal-Papa @Pontifex twitja din it-talba: “Lilkom, aħna nikkonsagraw il-Knisja u d-dinja, speċjalment dawk il-pajjiżi fi gwerra”.

Waqt li talab ir-Rużarju, f’silenzju profond ġabar il-vuċi kollettiva ta’ miljuni ta’ erwieħ, kollha magħqudin fix-xewqa waħda lid-dinja twarrab l-orrur tal-gwerra, kull gwerra. Ġewwa Fatima, kien hemm madwar mitejn elf ruħ miġbura għar-Rużarju flimkien mal-Papa Franġisku, kif ukoll għadd kbir ta’ oħrjan li kienu qegħdin jitolbu miegħu minn fuq it-televiżjoni u minn fuq il-midja soċjali.

Wara r-Rużarju, Matteo Bruni, Direttur tal-Uffiċċju Stampa tas-Santa Sede, spjega lill-ġurnalisti li matul dak il-“mument twil ta’ silenzju” fil-Kappella tad-Dehriet, waqt li qagħad quddiem il-Madonna, “l-Papa, b’sogħba, talab għall-paċi”. It-talb sieket tiegħu kien speċi ta’ antiċipazzjoni tar-raba’ misteru tar-Rużarju li ngħadd ftit wara, li kellu l-istess supplika fil-qalba tiegħu.

It-test tat-‘tweet’, akkumpanjat minn dehra tal-Papa Franġisku jitlob quddiem ix-xbieha Marjana kien fih linji ta’ talb qosra, iżda intensi.

“B’qalb tat-tfal, aħna nikkonsagraw ħajjitna lilek, għal dejjem. Lilek, aħna nikkonsagraw il-Knisja u d-dinja, speċjalment dawk il-pajjiżi fi gwerra. Ikseb il-paċi għalina. Ibt, Verġni tat-triq, iftaħ mogħdijiet fejn jidhru li ma jeżistux.”

L-aħħar sentenza toħroġ b’fiduċja sħiħa fil-qawwa tal-interċessjoni tal-Verġni Marija, li tegħleb kull ħażen.

“Int li tħoll l-għoqiedi, ħoll it-tħabbil tal-egoċentriżmu u n-nases tal-poter. Ħadd daqshekk ma jisboq fil-ġenerożitá, imliena bit-tenerezza, imliena bit-tama u għinna nduqu l-ferħ li ma jispiċċa qatt, il-ferħ tal-Evanġelju. Ammen.”    

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2023-08/pope-francis-fatima-portugal-peace-rosary-tweet.html

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading