Fil-Jum Dinji taż-Żgħażagħ u l-Festa tat-Trasfigurazzjoni tal-Mulej

Minn Daniel Borg

Ilum fil-Jum Dinji taż-Żgħażagħ u l-Festa tat-Trasfigurazzjoni tal-Mulej il-Papa jagħti messaġġ sabiħ fuq il-Vanġelu tal-lum (Mt 17, 1-9) li jirrakkonta l-ġrajja ta’ meta Ġesu nbidel, u deher flimkien ma’ Mose’ u Elija fuq il-muntanja Tabor. Quddiem miljun u nofs żgħażagħ il-Papa jwassal messaġġ qawwi ta’ tama u kuraġġ!

Il-Papa jagħfas fuq il-verb ‘jiddi’. Infatti l-Vanġelu jgħid ‘Wiċċu sar jiddi bħax-xemx’ (Mt 17,2). Il-Papa jgħid li anke llum għandna bżonn ta’ ftit dawl, dawl ta’ tama biex jgħinna negħlbu d-dlam li jidħol f’ħajjitna, u t-telfiet li nġarbu kuljum. Dan ma hu xejn għajr id-dawl ta’ Kristu rxoxt!

Imma jgħid li aħna ma ndawlux lill-oħrajn meta nieħdu x-xena aħna, meta nagħtu xbieha perfetta tagħna nfusna, jew meta nħossuna qawwijin u rebbieħa. Aħna ndawlu lill-oħrajn, meta nilqgħu lil Ġesu, u nħobbu bħal ma ħabb hu. U s-sigriet biex jiġri dan kollu jinsab fl-istess Vanġelu: “Dan hu Ibni l-għażiż, li fih sibt l-għaxqa tiegħi; isimgħu lilu” u “La tibżgħux”. Ejjew nġorru dan il-kliem ta’ kuraġġ dejjem f’ħajjitna!


Tista’ tara l-post fuq facebook hawnhekk:  https://www.facebook.com/daniel.borg.75/posts/pfbid02NoJb4pZAXwnDPNLEpgvSQhQTtb5MxKfofLxLeNXNNK3xsSo6V3nhGqxgAFG5ux8Vl

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading