Fl-2025, il-Knisja Kattolika ser tkun qed tiċċelebra Ġublew ieħor. It-tema għal din id-darba ser tkun, “Pellegrini tat-Tama”.
Il-Ġublew minn dejjem irrappreżenta fil-ħajja tal-Knisja ġrajja ta’ importanza kbira spiritwali, ekkleżjali u soċjali. Minn meta l-Papa Bonifaċju VIII, fl-1300, waqqaf is-Sena Mqaddsa din bdiet titfakkar kull mitt sena, l-ewwel fil-bidu ta’ kull seklu, imbagħad, fuq mudell bibliku, bdiet issir kull ħamsin sena u wara wkoll kull ħamsa u għoxrin. Barra minn hekk il-Papa jista’ jsejjaħ Ġublew Straordinarju fi snin ohra, bhal ma kien il-Ġublew Straordinarju tal-Ħniena li sar fl-2015-2016.
Id-dokumentarju ta’ hawn taħt jiġbor fih ftit taghrif ġenerali fuq iċ-ċelebrazzjoni tal-Gublew mill-Knisja, imma jagħti wkoll ħjiel ta’ dak li ser inkunu qed niċċelebraw fi ftit żmien ieħor.
Il-Papa Franġisku nnifsu ħeġġiġna biex nibdew inħejju għalih min issa stess, forsi wkoll diġà qegħdin tard.
Għal aktar tagħrid tista’ tfittex f’din il-paġna tal-Laikos … https://laikos.org/g2025/