Omelija tal-Papa Ljun fl-Epifanija tal-Mulej u għeluq il-Bieb Imqaddes

SOLENNITÀ TAL-EPIFANIJA TAL-MULEJ
GĦELUQ TAL-BIEB IMQADDES U QUDDIESA
KAPPELLA PAPALI
OMELIJA TAL-QDUSIJA TIEGĦU LJUN XIV
Bażilika ta’ San Pietru
It-Tlieta 6 ta’ Jannar 2026

Għeżież ħuti,

Il-Vanġelu (ara Mt 2:1-12) fissrilna l-ferħ kbir tal-Maġi meta lemħu mill-ġdid il-kewkba (ara v. 10), imma anki l-konfużjoni ta’ Erodi u Ġerusalemm kollha quddiem it-tiftixa tagħhom (ara v. 3). Kull darba li jkun hemm xi manifestazzjoni ta’ Alla, l-Iskrittura Mqaddsa ma taħbix din l-għamla ta’ kuntrasti: ferħ u konfużjoni, reżistenza u ubbidjenza, biża’ u xewqa. Illum qed niċċelebraw l-Epifanija tal-Mulej, bl-għarfien li fil-preżenza tiegħu xejn ma jibqa’ kif kien qabel. Dan huwa l-bidu tat-tama. Alla juri ruħu u xejn ma jista’ jibqa’ wieqaf. Tintemm ċerta għamla ta’ trankwillità, dik li lill-malinkoniċi ġġagħalhom itennu: “Xejn ġdid m’hemm taħt ix-xemx” (Koħ 1:9). Tibda xi ħaġa li minnha jiddependu l-preżent u l-futur, kif iħabbar il-Profeta: “Qum! Ħa jiddi wiċċek! Id-dawl tiegħek wasal! Jiddi fuqek sebħ il-Mulej!” (Iż 60:1).

Aktar