Fil-Quddiesa tal-lum, il-25 ta’ Awwissu, qrajna mill-ktieb ta’ RUT. Dan il-ktieb jista’ jissejjaħ ukoll ‘il-ktieb tal-emigranti’. Dan għax żewġ nisa kienu emigranti, Nogħemi f’Moab u l-mara ta’ binha, Rut, f’Iżrael. Żewġ nisa li t-tjubija tagħhom iġġibilhom il-ferħ minħabba l-fedeltà li kellhom.
Bħala emigranta, Nogħemi hi fil-pajjiż ta’ Moab, li ħafna drabi kien ostili għal Iżrael. Hemmhekk kellha familja, sakemm l-isfortuna ġagħlitha titlaq minn hemm. L-emigranta l-oħra, Rut il-Moabita, se tkun milqugħa f’Iżrael? Ġara li raġel twajjeb ikun id-difensur tagħha, joħodha bħala martu u minnhom jitwieled tifel li tieħu ħsiebu Nogħemi.
Dan it-tifel, Għobed, ‘il quddiem kellu lil Isaj, missier David. Mela Ġesù ġej mill-emigranta Rut.
