Il-Bieb Imqaddes jirrapreżenta lil Kristu

Ċertament li meta nirreferu għall-Ġublew, jiġi mmedjatament f’moħħna l-Bieb Imqaddes.  

Sa qabel  2015-2016, konna għadna naħsbu fil-Porta Santa tal-Bażilika ta’ San Pietru, imma fil-Ġublew Straordinarju tal-Ħniena, il-Papa Franġisku kien ħeġġeġ lill-Kniejjes lokali biex huma wkoll jiċċelebraw il-bidu tas-Sena Mqaddsa bil-ftuh ta’ Bieb Imqaddes li jissimbolizza  l-passaġġ li kull Nisrani jrid jagħmel mid-dnub għall-grazzja.

Il-Bieb Imqaddes jirrapreżenta lil Kristu, imma għax Kristu huwa wieħed, dan ma jfissirx li l-Bieb għandu jkun biss wieħed, dak f’Ruma.

Fis-sensiela ta’ riżorsi dwar il-Ġublew 2025, Pellegrini tat-Tama, nistiednek li taqra aktar tagħrif dwar il-Bieb Imqaddes minn din il-paġna …

https://www.laikos.org/g2025/files/gublew_2025_bieb.htm

Tkun tista’ ssib ukoll aktar fuq il-Ġublew innifsu minn hawn … https://laikos.org/g2025/

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading