Il-Papa: “Jalla l-armi jisktu, s-sitwazzjoni f’Gaża hija ddisprata”

Print Friendly, PDF & Email

“In-numru ta’ vittmi qed jikber u s-sitwazzjoni f’Gaża hija ddisprata”. Dan kien il-kliem tal-Papa Franġisku meta, waqt l-Udjenza Ġenerali ta’ kull nhar ta’ Erbgħa, dawwar ħsibijietu lejn il-Palestina u l-Iżrael fejn talab li “jsir dak kollu possibbli biex tiġi evitata katastrofi umanitarja”.

Il-Qdusija Tiegħu ġibed l-attenzjoni wkoll għall-possibbiltà nkwetanti li jikber il-kunflitt. “Id-dinja diġà xhedet tanti fronti tal-gwerra miftuħa,” lmenta. Fid-dawl ta’ dawn iċ-ċirkustanzi, huwa talab, “Niżlu l-armi u agħtu kas tal-għajta għall-paċi mill-foqra, min-nies u t-tfal innoċenti”.

Il-Papa Franġisku kompla, “l-gwerra ma ssolvi l-ebda problema. Tiżra’ biss il-mewt u l-qerda, iżid il-mibgħeda, timmultiplika l-vendetta. L-gwerra tħassar il-futur, tħassar il-futur”. Il-Qdusija Tiegħu kompla jħeġġeġ lil dawk kollha li jemmnu biex jieħdu ‘stand’ waħda biss: dik tal-paċi. “Imma mhux bil-kliem,” kompla, “bit-talb u b’dedikazzjoni totali”.

F’dan ir-rigward, il-Papa Franġisku stieden lil kulħadd għal jum ta’ talb, sawm, u penitenza għall-paċi. Din il-ġurnata se tkun il-Ġimgħa 27 ta’ Ottubru, u ħeġġeġ lin-nies ta’ denominazzjonijiet Insara differenti, reliġjonijiet oħra, u lil dawk kollha li jappoġġaw il-paċi biex jipparteċipaw kif jistgħu. L-attività ċentrali se tkun siegħa ta’ talba, li tibda fis-6pm, u li se ssir fi Pjazza San Pietru, bil-għan li nitolbu għall-paċi fid-dinja.

“Nistieden lill-Knejjes partikolari kollha biex jieħdu sehem billi jorganizzaw inizjattiva simili li jinvolvu lill-poplu ta’ Alla”, temm jgħid.     

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2023-10/pope-francis-appeal-peace-gaza-palestine-israel-day-of-prayer.html

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading