Mexxejja Kristjani, inkluż l-Arċisqof ta’ Canterbury, Justin Welby, u l-Patrijarki u l-Kapijiet tal-Knejjes f’Ġerusalemm, sejħu b’urġenza għall-paċi fost il-kriżi umanitarja li qed tiskala f’Gaża. Fi stqarrijiet separati, l-mexxejja kkundannaw l-attakki fuq sptarijiet u persuni ċivili, filwaqt li enfasizzaw il-ħtieġa ta’ għajnuna umanitarja u tnaqqis fl-eskalazzjoni.
L-Arċisqof Justin Welby, il-kap tal-Knisja Anglikana, esprima t-talba mill-qalb għall-paċi fl-Art Imqaddsa. Huwa kkundanna li splużjoni fl-Isptar Al Ahli mmexxi mill-Anglikani f’Gaża, u saħaq fuq l-importanza li jiġu protetti sptarijiet, tobba, u pazjenti. Qal, li “din l-atroċità tkisser il-qdusija u d-dinjità tal-ħajja umana. Huwa ksur tal-liġi umanitarja, li tgħid ċar, li l-isptarijiet, it-tobba, u l-pazjenti għandhom jiġu protetti”.
Fi stqarrija, ppublikata fuq il-websajt tal-Arċisqof ta’ Canterbury, l-Arċisqof Welby irrikonoxxa d-dritt ta’ Iżrael li jiddefendi ruħu u li jistabbilixxi s-sigurtà tiegħu. “L-attakki ta’ terrur mill-Ħamas fuq in-nies f’Iżrael kienu delitti kontra Alla u l-umanità. Iżrael għandu dritt u dmir leġittimu li jiddefendi lilu nnifsu, u li jsegwi rispond proporzjonat u diskriminatorju biex jistabbilixxi s-sigurtà tiegħu”.
Madankollu, huwa lmenta għan-numru ta’ mwiet ċivili li rriżulta mill-kampanja ta’ bumbardamenti ta’ Iżrael fuq il-Ħamas. “huwa indifendibbli li sptarijiet, skejjel u kampijiet tar-refuġjati qed jintlaqtu,” qal l-Arċisqof Welby. “Huwa għajb li l-ostaġġi qed jinżammu mill-Ħamas”.
Filwaqt li kompla jesprimi t-tħassib serju tiegħu għall-kriżi umanitarja f’Gaża, l-Arċisqof appella għall-ħelsien tal-ostaġġi u l-aċċess umanitarju, u appella “għat-triq differenti – waħda li teħles il-ħajjiet innoċenti u tfittex ġustizzja, sigurtà, u paċi dejjiema għal kulħadd.”
Wara laqgħa li saret biex tiġi ndirizzata l-kriżi umanitarja li qed teskala fl-Art Imqaddsa, l-Patrijarki u l-Kapijiet tal-Knejjes f’Ġerusalemm ħarġu wkoll stqarrija. Waqt li enfasizzaw l-qdusija tal-ħajja umana, l-istqarrija tgħid li: “Alla ħalaq lill-bniedem fuq xbihietu” (Ġen 1,27).
Il-mexxejja tal-Knejjes ikkundannaw il-vjolenza mmirata lejn iċ-ċivili, b’mod partikolari f’Gaża, u qalu li “qegħdin nassistu għal ċiklu ġdid ta’ vjolenza b’attakk li ma jistax jiġi ratifikat kontra ċ-ċivili kollha”. Huma esprimew ukoll id-diffikultà dwar id-deċiżjoni li tiġi evakwata t-tramuntana ta’ Gaża, u sostnew li din “se tapprofondixxi biss katastrofi umanitarja diġà disastruża”, u talbu għal aċċess umanitarju.
Il-kapijiet tal-Knejjes talbu lill-Iżrael, b’appoġġ internazzjonali, biex iħallu provvisti umanitarju jidħlu f’Gaża u ħeġġew lill-partijiet kollha biex inaqqsu l-kunflitt. “Nappellaw lill-Istat ta’ Iżrael, bl-appoġġ tal-Komunità Internazzjonali, biex jippermetti li l-provvisti umanitarji jidħlu f’Gaża… Barra minn hekk, nappellaq lill-partijiet kollha biex inaqqsu din il-gwerra.”
Fl-aħħarnett, il-mexxejja reliġjużi talbu lill-komunitajiet u l-kongregazzjonijiet globali biex jilqgħu l-istedina li l-Papa Franġisku għamel nhar l-Erbgħa filgħodu waqt l-Udjenza Ġenerali, ħalli fis-27 ta’ Ottubru, jiġi osservat Jum ta’ Talb u Sawm . “Għad hemm żmien biex titwaqqaf il-mibegħda,” temmew il-mexxejja reliġjużi.
Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/church/news/2023-10/faith-leaders-united-plea-peace-gaza-humanitarian-crisis.html