Terrur, “terruri serji ħafna”, kontra Alla u l-bniedem. Hekk huma l-gwerer għall-Papa Franġisku. Nhar it-Tnejn, għal darb’oħra, l-Papa tenna l-kundanna tiegħu għall-kunfitti li qed iseħħu fid-dinja. Fuq il-kont tiegħu X (li qabel kien Twitter), il-Papa b’disa’ lingwi qal:
“M’għandniex nidraw għall-gwerra, għall-ebda gwerra. M’għandniex inħallu qalbna u moħħna jiġu anestetizzati qabel ir-ripetizzjoni ta’ dawn it-terruri serji ħafna kontra Alla u l-bniedem”.
Mill-bidu tal-pontifikat tiegħu, l-Papa Franġisku kemm il-darba ddenunzja l-gwerra. Dan l-appell ġie intensifikat fix-xhur tal-aggressjoni Russa fl-Ukrajna, u issa, bit-tensjonijiet fil-Lvant Nofsani u l-qawmien mill-ġdid tal-attakki u l-vjolenza.
Fil-ktieb ‘Non se solo’ (M’intix waħdek): Sfidi, tweġibiet u tamiet, miktub mill-ġurnalisti Francesca Ambrogetti, eks kap tal-Ansa fl-Arġentina, u Sergio Rubin, tal-gazzetta ta’ kuljum ‘El Carin’; u li ġie ppubblikat fi Frar fl-Arġentina, u li t-Tlieta ħarġet l-edizzjoni bit-taljan, il-Papa Franġisku jenfasizza l-appelli tiegħu għall-paċi fid-dinja.
“Fil-bidu tal-pontifikat tiegħi affermajt li konna qed ngħixu t-Tielet Gwerra Dinjija f’biċċiet żgħar, imbagħad sostnejt li dawn il-biċċiet bil-mod il-mod qed jikbru, u issa naħseb li hija kollha biċċa waħda kbira”, qal il-Papa f’silta ta’ din l-intervista, irrapportata minn Ansa. “Għadni nemmen li hija traġedja enormi li titlef il-memorja tat-Tieni Gwerra Dinjija. Darba, osservajt lill-mexxejja tal-pajjiżi li pparteċipaw fil-kommemorazzjoni tal-kunflitt tal-iżbark tan-Normandija, u ħsibt li għandhom jibku. Kważi 30,000 ruħ mietu hemm waħedhom. Il-gwerra hija riżultat ta’ sensiela ta’ ġenn”.
Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2023-10/pope-francis-book-do-not-get-accustomed-to-wars-horrors-humanity.html