Titwila lejn it-tielet ġimgħa tas-Sinodu tal-Isqfijiet.

Jekk mhux mill-bieb nidħlu mit-tieqa. Jitba ta’ Dun Frans Bonnici

Ir-Relatur Ġenerali tas-Sinodu, il-Kardinal Jean-Claude Hollerich qal li l-parteċipanti tas-Sinodu qegħdin fi vjaġġ u fl-istess ħin jgħaddu ħafna ħin bilqegħda!

Is-Sinodu mexa ħafna mill-Vġili ekumeniku sal-lum, mar pellegrinaġġ fuq il-postijiet tal-ewwel insara u martri tal-Knisja u kienu għadhom kemm waslu mill-Bażilika ta’ San Pietru fejn ħadu sehem fis-sagrifiċċju tal-mewt u l-qawmien ta’ Ġesù.

Il-modulu B-3 jitkellem fuq l-koresponsabilità tal-Knisja fil-missjoni tagħha li twassal il-Vanġelu: l-Evanġelizzazzjoni. Din hija kwistjoni li naqsmu r-rigali u x-xogħol tagħna tal-Vanġelu mal-bnedmin kollha. Il-Knisja hija sinjal u strument tal-unjoni ma’ Alla u tal-unità tal-bnedmin kollha. Kull nisrani, għax hu mgħammed, jagħti s-sehem tiegħu. Il-modulu jeħodna dawra mal-vokazzjionijiet, il-kariżmi, il-ministeri, in-nisa, il-ministeri ordnati u mal-Isqfijiet.

Ħames taqsimiet

L-internett sar il-mezz li bih mhux biss ikollna kull informazzjoni ta’ kull ma jiġri fid-dinja imma jlaqqgħana flimkien u jġibna ħaġa waħda flimkien.

Din il-ġimgħa l-Papa appella biex il-popolazzjoni kollha ta’ Gaza tkun salvata. Il-Ħamis, 19 ta’ Ottubru il-Papa mar ħdejn il-monument tal-migranti u refuġjati li hemm fi Pjazza San Pietru u talab ma’ kulħadd.

Il-modulu jitkellem fuq l-insara li jaqdu fis-servizz tal-Vanġelu.

Din il-ġimgħa fis-Sinodu saret tifkira tal-45 sena minn meta San Ġwann Pawlu II kien elett Papa u għamel 28 sena jservi lill-Knisja b’ħeġġa kbira.

In-nisa u x-xogħol tagħhom fil-Knisja u fid-dinja.

Din il-ġimgħa il-Papa ppubblika Esortazzjoni Apostolika C’est Confiance biex ifakkar lil Santa Tereża tal-Bambin Ġesù.

Sar pass ‘il quddiem fil-proċess tal-kanonizzazzjoni ta’ tfajla ta’ 14-il sena minn Niġerja, Vivian Ogu li mietet martri.

Il-ministeri ordnati jaqdu fil-missjoni tal-Knisja li twassal il-Vanġelu.

Din il-ġimgħa is-Santa Sede laqgħet 12-il saċerdot li nħelsu minn ħabs fin-Nigaragua fejn kienu miżmuma minħabba il-persekuzzjoni li hemm fil-pajjiż.

Fis-Sinodu sar diskors fuq is-sehem tal-Isqfijiet fl-Evanġelizzazzjoni mintabba li huma jġibu l-komunjoni u jħarsuha fil-Knisja.

Din il-ġimgħa l-Isqfijiet komplew jagħmlu esperjenza li jgħixu flimkien kemm mal-Isqfijiet l-oħra u wkoll mal-Papa, mal-laċi u mas-saċerdot.

Din il-ġimgħa ħarġet l-istatistikadwar il-Knisja kattolika: Il-popolazzjoni tal-Kattoliċi fid-dinja żdiedet u naqsu s-saċerdoti u r-reliġjużi.

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading