Titwila lejn it-tieni ġimgħa tas-Sinodu tal-Isqfijiet.

Print Friendly, PDF & Email

Jekk mhux mill-bieb nidħlu mit-tieqa. Kitba ta’ Dun Frans Bonnici

Din hi t-tieni ġimgħa tas-Sinodu tal-Isqfijiet li qiegħed jiltaqa’ fil-Vatikan u kompla x-xogħol tiegħu fuq is-suġġett is-Sinodalità.

Is-Sinodu jiltaqa’ kuljum. Kull filgħodu l-membri tas-Sinodu jiltaqgħu flimkien  u jiċċelebraw il-quddiesa fil-Bażilika ta’ San Pietru. Imbagħad imorru fl-awla San Pawlu VI u jibdew b’meditazzjoni.

Il-President tal-Kummissjonio Informazzjoni, Paolo Ruffini, spjega lill-ġurnalisti li fis-Sinodu hemm Il-Kongregazzjoni Ġenerali li ssir filgħodu u wkoll 35 gruppi żgħar magħżulin skont il-lingwi li jiltaqgħu wara nofsinhar u jkomplu anki l-għada jekk ikun hemm bżonn u jaqsmu l.esperjenzi tagħhom flimkien fuq is-suġġett li jmiss.

Eżempju ta’ esperjenza fi gruppi żgħar

Fi tmiem l-ewwel ġimgħa tas-6 u 7 ta’ Ottubru 2023, il-membri tas-Sinodu kellhom working paper: Modulo A bl-isem ta’ Il-Knisja Sinodali hija esperjenza.

F’dawn l-aħħar sentejn il-membri tal-Knisja kellhom jagħmlu esperjenza u jimxu flimkien kemm lokalment u fid-dinja kollha jxandru l-Vanġelu. Veru dan! X’ħassew meta għamlu dan! Kellhom diffikultajiet! X’ħareġ minn din l-esperjenza!

Din il-ġimgħa, il-membri tas-Sinodu, isqfijiet, membri lajċi u saċerdotali, kellhom iwieġbu din il-mistoqsija ċara u tonda, u jirrakkontaw l-esperjenza tagħhom kif imxew flimkien man-nies l-oħra jxandru l-Vanġelu.

Waqt li l-membri tas-Sinodu kienu qegħdin jirrakkontaw lil xulxin dawn l-esperjenzi, kellhom, kif qalilhom il-Papa Franġisku, “isumu mill-kliem” u jisimgħu lil min qiegħed jitkellem. Ikun hemm ukoll ħin ta’ skiet u riflessjoni.

Eżempju ta’ Kongregazzjoni Ġenerali

Din il-ġimgħa saret Kongregazzjoni Ġenerali fuq il-“working paper, Modulo B-I. Il-Kardinal Jean-Claude Hollerich introduċa s-suġġett, “Komunjoni li tinfirex”.

Patri Timothy Radcliffe, Dumnikan, għamel meditazzjoni fuq “Is-Sammaritana u l-bir” (Ġw. 4, 7-30). Imbagħad tkellmet Dr. Anna Rowlands professur tas-Social Thought fl-Università ta’ Durham fuq l-esperjenza ta’ Sinodu fi Knisja Ortodossa. Fr Clarence Davedassan mill-Malasja tkellem fuq is-Sinjal u l-istrument tal-unjoni ma’ Alla u l-unità tal-bnedmin. Tkellmet ukoll Siu Wai Vanessa, lajka kattolika minn Hong Kong, fuq Xhieda ta’ sinodalità u kultura.

Aħbarijiet

Sar talb għall-paċi l-iktar minħabba il-gwerra li nqalet fil-Lvant nofsani bejn il-Hamas u Israel; l-Ukraina u ħafna postijiet oħra. 

L-attività tal-Papa Franġisku ma’ tieqaf xejn. Ħareġ ktieb ġdid tal-Papa, “Holy, not worldly. God saves us from interior corrpution”. Il-Papa kiteb ittra lill “Economy of Francesco”. U kiteb ittra fuq il-mitejn sena mill-mewt tal-Papa Piju VII li wera għerf kbir fil-taqbida tiegħu mal-Imperatur Napuljun.

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading