Għal darb’oħra, l-Papa Franġisku appella għall-attenzjoni u t-talb għall-popli fid-dinja li huma soġġetti għall-gwerra u qed isofru l-konsegwenzi tagħha. “Ejjew ma ninsewx l-Ukrajna martrirja u ejjew naħsbu fil-popli Palestinjani u Iżraelin: jalla l-Mulej, iġib paċi ġusta.”
“Hemm tant tbatija”, qal, hekk kif kien qed itemm l-Udjenza Ġenerali tiegħu ta’ kull ġimgħa. “It-tfal qed ibatu, l-morda qed ibatu, u ħafna żgħażagħ qed imutu”, kompla l-Papa. “L-gwerra hija dejjem telfa. Ma ninsewx: Il-gwerra hija dejjem telfa”.

Il-Papa Franġisku għamel appelli kostanti għal paċi u għal soluzzjonijiet għall-kunflitti fid-dinja, u qatt ma naqas li jsemmi u jitlob għal dawk li qed ibatu mill-vjolenza u l-ispostament fl-Ukrajna mill-invażjoni Russa aktar minn 18-il xahar ilu.
Huwa għamel ukoll appelli imtennija għal waqfien mill-ġlied, għall-ħelsien tal-ostaġġi, u għad-dħul tal-għajnuna umanitarja fil-Medda ta’ Gaża assedjata, mill-bidu tal-ostilitajiet vjolenti bejn il-Ħamas u Iżrael fis-7 ta’ Ottubru 2023.
Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2023-11/pope-appeal-just-peace-war-ukraine-israel-palestine-audience.html