Il-Ħadd saret Quddiesa speċjali f’Ruma għat-tfal kollha li sfaw vittmi tal-gwerra li xterdet fl-Art Imqaddsa. Fil-Knisja ta’ San Bernardu, l-Vigarju tal-Kustodja ta’ Ġerusalemm ippreseda l-Quddiesa ta’ tifkira. “Rridu nitolbu u niftakruhom kollha, minn Gaża sa Betlehem, minn Ġerusalemm sa Tel Aviv, sa Ġenin”, qal Dun Ibrahim Faltas.
Aktar minn 6,000 tifel u tifla nqatlu bil-bombi f’Gaża, u n-numru totali ta’ mwiet, jgħid Fr Faltas f’intervista ma’ Vatikan News, “jista’ jkun għoli daqs 20,000” meta jingħaddu dawk li ma nstabux, prinċipalment mirdumin taħt il-ġebel. Minn dawn, lmenta, “ħafna huma tfal, nisa, anzjani u persuni b’diżabiltà”.

Il-Ministru tas-Saħħa mmexxi mill-Ħama f’Gaża qal lin-numru ta’ mwiet fl-Istrixxa ta’ Gaża mis-7 ta’ Ottubru ‘l hawn huwa ta’ aktar minn 14,800 ruħ. In-numra ta’ mwiet ta’ Iżraeljani fl-attakki tal-Ħamas tas-7 ta’ Ottubru huwa ta’ 1,200 ruħ. Fis-27 ta’ Novembru, li hu l-50 jum wara li beda l-ġlied, l-Iżrael u l-Ħamas qed iħejju għar-raba’ skambju ta’ ostaġġi miżmuma mill-militanti Palestinjani priġunieri minn Iżrael.
Intant, il-medjaturi qed ifittxu li jestendu dik li qed tiġi deskritta bħala “tregwa temporanja” ta’ erbat ijiem fil-Medda ta’ Gaża, li tiskadi t-Tnejn f’nofsillejl. Il-Prim Ministru Iżraeljan Benjamin Netanyahu ħabbar li qal lill-President Amerikan Joe Biden, li t-Tlieta kellu l-intenzjoni li jerġa’ jibda l-bumbardament f’Gaża, u żied li kien se jilqa’ l-estensjoni tat-tregwa jekk din tiffaċiltia l-ħelsien ta’ għaxar ostaġġi addizzjonali kuljum, kif kien miftiehem taħt il-ftehim oriġinali miksub mill-Qatar.
Nhar il-Ħadd, il-Ħamas ħeles 17-il ostaġġ ieħor – 14-il Iżraeljan u tliet Tajlandiżi – fit-tielet skambju taħt it-tregwa ta’ erbat ijiem. Min-naħa tiegħu, Iżrael ħeles 39 priġunier Palestinjan. Mill-madwar 240 ostaġġ li nħatfu mill-Ħamas fl-attakk tiegħu tas-7 ta’ Ottubru, 62 ġew rilaxxati; wieħed inħeles mill-forzi Iżraeljani, u tnejn instabu mejta ġewwa Ġaża.
Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/church/news/2023-11/father-ibrahim-faltas-holy-land-vicar-custos-war-peace-gaza.html