Il-Papa qed jirkupra mill-influenza

Print Friendly, PDF & Email

Il-Papa Franġisku m’għandux deni, qed jirkupra b’mod ċar mill-influwenza

“Il-Papa Franġisku jinsab fi stat tajjeb u stabbli; m’għandux deni, u s-sitwazzjoni respiratorja tiegħu qed titjieb b’mod ċar”. Dan hu l-aħħar aġġornament dwar is-saħħa tal-Papa li ngħata t-Tnejn filgħodu minn Matteo Bruni, d-Direttur tal-Uffiċċju Stampa tas-Santa Sede.

Il-Papa ilu jbati minn “infjammazzjoni pulmonari”, kif qal hu stess nhar il-Ħadd, meta deher permezz ta’ videolink għall-indirizz tiegħu tal-Angelus tal-Ħadd. Is-Sur Bruni kkonferma li CT scan li l-Papa Franġisku għamel kmieni s-Sibt wara nofsinhar fl-Isptar Gemelli “eskludiet pulmonite iżda wriet infjammazzjoni pulmonari li kkawżat xi diffikultajiet fin-nifs”

Is-Sur Bruni kompla jgħid li “biex il-Papa jkunu jista’ jirkupra aħjar, ġew posposti xi mpenji mportanti skedati għall-jiem li ġejjin, biex ikun jista’ jiddedika ħin għalihom u l-enerġija meħtieġa”.

Il-Ħadd filgħodu, l-Papa rreċta t-talba tal-Angelus permezz ta’ videolink mill-kappella tar-residenza tiegħu f’Casa Santa Marta, sabiex jevita l-espożizzjoni għall-kesħa tal-ħarifa fit-tieqa tal-Palazz Appostoliku. Huwa qal lit-12-il elf ruħ miġbura fi Pjazz San Pietru: “Illum ma nistax inħares mit-tieqa għax għandi din il-problema ta’ infjamazzjoni fil-pulmun. Ir-riflessjoni se tinqara minn Monsinjur Braida, li jafhom sew għax hu jiktiebhom, u dejjem jagħmilhom hekk tajjeb. Grazzi ħafna tal-preżenza tagħkom.”

Mons. Paolo Braida, Kap tal-Uffiċċju ta’ Koordinazzjoni għad-Diskorsi Pontifikali fis-Segretarjat tal-Istat tas-Santa Sede, mbagħad qara l-katekeżi ppreparata, bil-Papa Franġisku jagħti l-barka finali.

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2023-11/pope-francis-health-update-flu-matteo-bruni.html

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading