Il-Papa lil IDLO: Il-ġustizzja u l-istat tad-dritt isaħħu l-paċi dinjija

Is-Santa Sede “hija ma’ dawk kollha li qed jissieltu biex tissaħaħ is-saltna tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem u tal-ġustizzja soċjali, sabiex l-isforzi tagħhom juru toroq ġodda ta’ tama lejn futur aktar ta’ appoġġ, ġust u paċifiku għan-nazzjonijiet kollha tad-dinja”.

Il-Papa Franġisku enfasizza din ir-realtà f’messaġġ indirizzat lill-Assemblea tal-Partiti tal-IDLO, l-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Liġi tal-Iżvilupp, li qed tfakkar l-40 anniversarju tagħha f’laqgħa f’Ruma. L-għan tal-istituzzjoni intergovernattiva, jgħid il-Papa, huwa li tippromwovi s-saltna tad-dritt “biex nimxu lejn il-paċi u l-iżvilupp sostenibbli, billi tħeġġeġ inizjattivi differenti biex jiġi żgurat li l-ġustizzja tkun aċċessibbli għal kulħadd, speċjalment għal dawk l-aktar żvantaġġati fis-soċjetà”.

Fil-messaġġ tiegħu, l-Papa jfakkar li l-ġustizzja hija prerekwiżita “biex niksbu l-armonija soċjali u l-fraternità universali li tant għandna bżonn illum” u hija “l-virtù meħtieġa għall-bini ta’ dinja li fiha l-kunflitti jiġu solvuti biss b’mod paċifiku, mhux tar-rieda ta’ min hu l-aktar b’saħħtu, imma l-qawwa tal-liġi”.

Il-Papa jinnota li, “sfortunatament, aħna ‘l bogħod milli nilħqu dan l-għan”. Iż-żieda fil-vjolenza fid-dinja, l-konsegwenzi tat-tibdil fil-kliema, l-korruzzjoni, u l-inugwaljanza ma jiġġustifikaw bl-ebda mod “anke l-iċken eċċezzjoni, lanqas fi żminijiet ta’ kriżi” għall-applikazzjoni tas-saltna tad-dritt, li huwa “għas-servizz tal-persuna umana maħsub biex jipproteġi d-dinjità umana, u dan ma jammettix eċċezzjonijiet”. Fid-demokraziji qed jinfirex konċepiment żbaljat tal-persuna, li “jdgħajjef il-protezzjoni tagħha stess u progressivament jiftaħ il-bieb għal abbużi serji taħt l-iskuża tat-tajjeb”.

Is-saltna tad-dritt għandha tkun garantita mill-awtoritajiet “irrispettivament mill-interessi politiċi prevalenti”, u meta jkun ibbażat fuq valuri universali, “n-nies ikollhom aċċess għall-ġustizzja, u s-soċjetajiet huma aktar stabbli u jirnexxu”. Għal din ir-raġuni, l-Papa enfasizza, “jista’ jkollha rwol essenzjali fis-soluzzjoni ta’ kriżijiet globali, t-tiġdid tal-fiduċja u l-leġittimità tal-governanza pubblika, l-ġlied kontra l-inugwaljanzi, l-promozzjoni tal-benesseri, t-trawwim tal-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali, l-inkoraġġiment ta’ parteċipazzjoni adegwata fid-deċiżjonijiet li jagħmlu, u jiffaċilitaw l-iżvilupp ta’ liġijiet u politiki li jissodisfaw il-ħtiġijiet reali, u b’hekk jikkontribwixxu għall-ħolqien ta’ dinja li fiha n-nies kollha jiġu ttrattati b’dinjità u rispett”.

It-tibdil fil-kliem “huwa wkoll kwistjoni ta’ ġustizzja internazzjonali”, għaliex “id-degradazzjoni tal-pjaneta mhux biss tipprevjeni l-koeżistenza paċifika u armonjuża fil-preżent, iżda wkoll tikkomprometti fil-biċċa l-kbira progress integrali tal-ġenerazzjonijiet futuri”. L-Papa żied jgħid, “billi napplikaw approwċ ta’ ġustizzja għall-azzjoni klimatika, nistgħu nipprovdu risponsi ħolistiċi, nklużivi u ekwi”.

Il-korruzzjoni, nnota, “tnaqqar is-sisien stess tas-soċjetà”, u għalhekk huwa meħtieġ, minn età stess żgħira, li “nippromwovu kampanji ta’ għarfien li jinkoraġġixxu ikbar trasparenza, repsonsabbiltà u integrità kullimkien”.

Bħala konklużjoni, l-Papa jgħid “huwa essenzjali li jitkomplu jittieħdu passi biex nilħqu lilll-ifqar, emarġinati u vulnerabbli, li ħafna drabi ma jkollhomx min jitkellem f’isimhom u jaraw lilhom infushom mormija u esklużi”.

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2023-11/pope-to-idlo-justice-and-the-rule-of-law-strengthen-world-peace.html

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading