Il-parteċipazzjoni tal-Papa fis-Summit tal-COP28 tħassret fuq talba tat-tobba

Print Friendly, PDF & Email

Stqarrija maħruġa t-Tlieta filgħaxija mid-Direttur tal-Uffiċċju Stampa tas-Santa Sede qalet, “Anke jekk is-sitwazzjoni ġenerali tas-saħħet il-Papa tjiebet b’rabta mal-influwenza u l-infjammazzjoni pulmonari, li kien qed isofri minnha, t-tobba tiegħu talbu lill-Papa biex ma jimpenjax ruħu għaż-żjara skedata li kellu jagħmel f’Dubaj fil-jiem li ġejjin, fl-okkażjoni tat-28 Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima”. Matteo Bruni qal li fuq parir tat-tobba, l-Papa Franġisku “b’dispjaċir kbir” ħassar iż-żjara tiegħu f’Dubaj.

Iż-żjara kienet skedata mill-1 sat-3 ta’ Diċembru, u nhar is-Sibt kellu jindirizza l-Assemblea COP28, u l-Ħadd jipparteċipa fl-inawgurazzjoni tal-Padiljun tal-Fidi tal-COP. Bruni żied jgħid li “fuq ix-xewqa tal-Papa u tas-Santa Sede li jkunu parti mid-diskussjonijiet li se jsiru fil-jiem li ġejjin, se jiġi definiti kemm jista’ jkun malajr ta’ kif dawn jista’ jseħħu”.

Sabiex jiffaċilitaw l-irkupru tal-Papa, xi mpenji mportanti li kienu skedati f’dawn il-jiem ġew posposti; oħrajn ta’ natura istituzzjonali nżammu. L-Papa Franġisku, madankollu, diġà wera titjib notevoli, fejn it-Tnejn ma kellux la deni u lanqas problemi respiratorji. “L-kundizzjoni tal-Papa hija tajba u aktar stabbli”, qal id-Direttur tal-Uffiċċju Stampa tas-Santa Sede, iżda t-tobba tiegħu qalu li huwa preferibbli li jibqa’ jistrieħ u ma jkollux għalfejn jiffaċċja l-isforz li kull vjaġġ jinvolvi.   

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2023-11/pope-journey-dubai-cop28-cancelled-health-doctors-holy-see-bruni.html

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading